Il-ħaddiema tal-pjattaformi għandhom id-dritt u għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-għodod biex jikkomunikaw ma’ xulxin u biex jikkomunikaw mar-rappreżentanti tagħhom.

F’dan ir-rigward, l-impjegaturi għandhom ikunu responsabbli għall-ħolqien tal-possibbiltà li lħaddiema tal-pjattaformi jikkuntattjaw u jikkomunikaw ma’ xulxin, u li jiġu kkuntattjati mirrappreżentanti uffiċjali tal-ħaddiema tal-pjattaformi, permezz tal-infrastruttura diġitali rilevanti jew mezzi effettivi simili, filwaqt li jikkonformaw mal-obbligi skont ir-Regolament Ġenerali dwar ilProtezzjoni tad-Data. L-impjegaturi huma pprojbiti milli jaċċessaw jew jimmonitorjaw tali kuntatti u komunikazzjonijiet.