Kif previst fl-Artikolu 45 tal-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (Kap. 452) meta impjegatur jonqos milli jikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni rikonoxxuta ta’ impjieg prevista mil-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi għandu l-awtorità li jħarrek lill-impjegatur li jkun wettaq il-ksur quddiem il-Qrati tal-Liġi Kriminali ta’ Malta. Jekk jinstab ħati, min iħaddem ikun obbligat iħallas Multa.