Quality Service Charter

Dipartiment dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali

MIN AĦNA

Li nħarsu l-interessi tal-partijiet f’kuntratti tal-impjiegi, filwaqt li fi spirtu ta’ sħubija soċjali, nippromowvu relazzjonijiet tal-impjieg tajba u nikkontribwixxu lejn relazzjonijiet industrijali stabbli.

  • Kundizzjonijiet tal-Impjieg: Nipprovdu tagħrif dwar kundizzjonijiet tal-impjieg fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija, nirregolaw kuntratti tal-impjieg b’mod ġust sabiex niżguraw li d-drittijiet u l-obbligi kollha ta’ kull parti fil-kuntratt jiġu mħarsa, Inħarsu d-drittijiet tal-impjiegi tal-impjegati li l-impjieg tagħhom ikun ġie terminat, nippromowvu prattiċi tajba f’konformita’ mal-leġiżlazzjoni eżistenti.
  • Relazzjonijiet Industrijali: Niffaċilitaw il-ħolqien ta’ relazzjoni tajba bejn assoċjazzjoni ta’ prinċipali u trade unions, nipprovdu metodi għar-riżoluzzjoni volontarja ta’ tilwim industrijali u nagħmlu ħilitna biex ninkoraġġixxu riżoluzzjonijiet ta’ dan it-tip.
  • Relazzjonijiet Internazzjonali: Nikkoordinaw u naħdmu mill-qrib prinċipalment mal-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kif ukoll ma’ korpi governattivi oħra li għandhom rwol fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi, inżommu kuntatti fuq livell tekniku ma’ korpi internazzjonali, inkluż l-ILO fir-rigward ta’ obbligi internazzjonali ratifikati minn Malta fil-qasam tax-xogħol.L-IMPENN TAGĦNA LEJN IL-KLIJENTI

Livell ta’ servizz li wieħed jistenna meta jikkuntattja jew iżur l-Uffiċċji tagħna:

  • Aħna se nittrattawk b’rispett u b’mod professjonali.
  • Aħna niggarantixxu l-kunfidenzjalità fuq kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni.
  • L-istandards tas-servizzi tagħna huma konformi mad-Direttiva 4-2 Standard għas-Servizz ta’ Eċċellenza offrut mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Impjegati Pubbliċi.
  • Il-lista tas-servizzi offruti tinsab fil-ħolqa li ġejja: https://dier.gov.mt/
X’GĦANDEK TISTENNA META TIKKUNTATTJANA

Meta tikkuntattjana bit-telefon

  • Nimpenjaw ruħna li nwieġbu mat-3 darba li jdoqq it-telefon, b’mod ċar u b’għarfien. L-uffiċjali ser jidentifikaw ruħhom u jittrattawk b’kortesija u rispett

Meta żżur id-Dipartiment

  • L-uffiċċji tagħna joffru ambjent nadif u sigur, u se niżguraw li s-servizzi tagħna jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Il-ħin ta’ stennija se jkun ta’ madwar 15-il minuta f’ċirkustanzi normali.

Meta tikkuntattjana permezz ta’ ittra jew email

  • Se nibagħtu konferma fi żmien jum tax-xogħol minn meta nirċievu l-ittra jew l-email tiegħek.

Appuntamenti

  • Tweġibiet għal talbiet għal appuntamenti jiġu provduti fi żmien jum tax-xogħol, bid-data tal-appuntament tkun fi żmien 3 jiem tax-xogħol mid-data tat-talba. 

RESPONSABBILTAJIET TAL-KLIJENT

Il-klijenti huma mistennija li: Jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta. Jittrattaw il-ħaddiema b’kortesija u rispett. Iżommu mal-ħinijiet u l-appuntamenti allokati meta applikabbli.

AĦNA NIVVALUTAW IL-FEEDBACK TIEGĦEK KIF TIKKUNTATTJANA

Jekk tixtieq tissottometti feedback, suġġerimenti, jew ilmenti ġentilment: 

  • Ikkuntattjana skont id-dettalji murija hawn: Ikkuntattjana (gov.mt)
  • Permezz tas-servizz.gov billi ċċempel fuq 153, jew online fuq Issotometi ilment

Il-kunfidenzjalità tiegħek tkun garantita. Tirċievi il-feedback tagħna fi żmien 3 ijiem tax-xogħol.

KIF TIKKUNTATTJANA

  • Dipartment dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, 121, Triq Melita, Il-Belt Valletta VLT 1121, Malta
  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Xitwa: 08:00-15:30; Sajf: 08:00-12:00 Sibtijiet, Ħdud u Festi Pubbliċi : Magħluqa
  • Sa biex jiġi ffaċilitat il-kuntatt mas-servizzi u d-dipartment, il-metodi ta’ kuntatt dirett huma disponibbli fuq is-sit: https://dier.gov.mt/; [email protected]; 1575 (for Employees) or 1576(for Employers)