Applikazzjoni għal liċenzja jew tiġdid jistgħu jiġu miċħuda u revokati fuq:

  • Nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att jew ta’ dawn irregolamenti u mhux rimedjat fi żmien 30 jum mid-data ta’ komunikazzjoni tad-Direttur.
  • L-attivitajiet tar-rikorrent mhumiex kompatibbli ma’ dawk ta’ aġenzija tal-impjieg u naqsu milli jirrimedjaw tali inadempjenza fi żmien tletin (30) jum.
  • L-applikant ma għandux rekord nadif ta’ konformità mal-obbligi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali u naqas milli jirrimedja tali inadempjenza fi żmien tletin (30) jum.
  • Abbażi ta’ proċess ta’ sħiħ ta’ evalwazzjoni magħmul mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta , lapplikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi jitqiesu li mhumiex mhix persuni tajba u xierqa.
  • F’każ ta’ kundanna għall-ewwel darba mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti u l-ksur ma jiġix rimedjat fi żmien tletin (30) jum mid-data tal-kundanna mill-qorti.
  • Jekk il-persuna rilevanti ġiet ikkundannata għat-tieni darba fir-rigward tal-ksur ta’ kwalunkwe liġi relatata mal-impjieg.
  • L-applikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi jkunu nstabu ħatja minn Qorti fir-rigward tal-ksur ta’ kwalunkwe liġi relatata mal-immigrazzjoni inkluż it-traffikar tal-bniedem.
  • L-applikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi responsabbli għat-tmexxija tal-aġenzija tal-impjiegi jkunu ċċarġjaw kwalunkwe tariffa jew talbu kwalunkwe pagament mingħand lapplikanti għal kwalunkwe servizz tal-impjieg.
  • L-applikant, il-persuna jew id-diretturi kompetenti jew kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi jew tikkontrolla ħamsa u għoxrin (25 %) jew aktar mill-kapital ġew ikkundannati minn kwalunkwe Qorti ta’ kwalunkwe reat kriminali skont dawn irregolamenti.
  • Id-detentur tal-liċenzja naqas milli jżomm lid-Direttur infurmat dwar kwalunkwe bidla finnatura tal-attivitajiet imwettqa u/jew milli jipprovdi lid-Direttur bid-dettalji tal-persuna kompetenti biex tmexxi l-aġenzija tal-impjiegi.
  • L-applikant ikun ipprovda informazzjoni jew għamel dikjarazzjonijiet lid-Direttur fir-rigward tal-applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenzja jew it-tiġdid tagħha li kienu li mhumiex preċiżi, foloz jew qarrieqa.
  • L-applikant naqas milli jipprovdi, jew iżomm, matul l-applikabbiltà ta’ kwalunkwe liċenzja mogħtija, garanzija bankarja.