Fil-każ li l-aġenzija tax-xogħol temporanju jew l-aġenzija ta’ outsourcing m’għadx għandha lintenzjoni li tkompli twettaq kwalunkwe attività li teħtieġ tali liċenzja skont dawn ir-regolamenti, u li l-obbligi kollha taħt il-liċenzja u dawn ir-regolamenti jkunu ġew issodisfati, il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata fi żmien tliet (3) xhur min-notifika tad-Direttur tad-DIER.