Kwalunkwe ħaddiem flimkien mal-impjegatur jista’ jaqbel li jaħdem b’kuntratt b’perjodu ta’ prova li jkun iqsar mill-perjodi previsti fil-liġi.

Jekk ħaddiema matul il-perjodu ta’ prova tieħu aktar minn ġimagħtejn ta’ leave matul il-perjodu ta’ prova tagħha, tali perjodu ta’ prova għandu jitqies bħala sospiż, u jerġa’ jibda mar-ritorn għaxxogħol. Matul il-perjodu ta’ sospensjoni tal-perjodu ta’ prova, il-persuna li timpjega ma tistax tkeċċi l-impjegat inkwistjoni.