L-Għaxar Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiddetermina l-kontribuzzjoni dovuta minn kull min iħaddem għal kull wieħed mill-impjegati tiegħu / tagħha. Din il-kontribuzzjoni tidħol f’fond speċjali, li eventwalment jintuża biex tirrimborża lil min iħaddem li jħallas impjegati fuq leave tal-maternita’. Biex ikun assigurat li din il-kontribuzzjoni hija mmirata għal dan il-għan, linja ġdida tidher fil-formola ta’ ritorn ta’ kull xahar li min iħaddem jibgħat lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dan jindika l-ammont li min iħaddem ħallas għal dan il-fond speċjali.