Xahrejn mill- erba’ xhur tal-leave tal-ġenituri għandu jitħallas bl-istess rata stabbilita għallintitolament għall-benefiċċju tal-mard taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u għandu jitqassam hekk:
L- erba’ xhur tal- leave tal- ġenituri jista’ jittieħed kollu f’ daqqa, iżda, ir- Regolamenti introduċew proċedura mqassma kif jittieħed:
– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-erba’ (4) snin , 4 ġimgħat biss tal-intitolament jitħallas bir-rata applikabbli;
– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu l-erba’ snin (4), iżda ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-età ta’ sitt (6) snin, ġimagħtejn biss tal-intitolament jitħallas bir-rata applikabbli;
– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu sitt snin (6), iżda ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-età ta’ sa tmien (8) snin, ġimagħtejn biss tal-intitolament jitħallas bir- rata applikabbli