Fil-każ ta’ aġenzija tal-impjieg li twettaq attività għar-reklutaġġ ta’ persuni, dawn ir-reġistri għandhom jinkludu:
1. L-ismijiet, l-indirizz, in-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni legalment validu, ilkwalifiki u l-esperjenza tax-xogħol tal-applikanti għall-impjieg.
2. L-isem, l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u n-numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-utenti ta’ tali servizzi tal-impjiegi.
Fil-każ ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanju jew aġenziji ta’ outsourcing, jeħtieġ li jinżammu rekords f’termini ta’:
1. Ir-Regolamenti dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli. Dawn irrekords għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni fi kwalunkwe ħin minn spetturi maħtura skont l-Att.