Kwalunkwe ħaddiem, inklużi dawk il-ħaddiema li r-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom intemmu għandhom id-dritt għal soluzzjoni tat-tilwim u dritt għal rimedju fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw minn dawn ir-regolamenti. F’każijiet bħal dawn id-DIER li huwa l-awtorità nazzjonali kompetenti, iniedi investigazzjoni bbażata fuq l-ilment ipprovdut mill-ħaddiem imsemmi.