Persuna kompetenti għandha tkun:
- Ċittadin Malti jew xi ħadd li huwa intitolat għal trattament ugwali għal ċittadini Maltin residenti f’Malta;
- Ikollhom mhux inqas minn sitt (6) snin esperjenza fir-riżorsi umani jew ikollhom mhux inqas minn tliet (3) snin esperjenza fir-riżorsi umani u jkollha grad jew diploma, maħruġa millUniversità li tkun rilevanti fit-tmexxija ta’ riżorsi umani;
- Jipprovdu ittra ta’ referenza minn professjonist ġustifikat jew l-prinċipal preċedenti tagħhom li għandha tinkludi attestazzjoni ta’ karattru morali tajjeb u fil-każ li l-ittra tiġi pprovduta millprinċipal preċedenti tagħhom, tal-esperjenza rilevanti fir-riżorsi umani.