F’ Lulju tal- 2015, ġie stabbilit l-Fond tal-Ħlas għall-Leave tal-Maternita, u l- imgħallma li kienu jimpjegaw nisa tqal u ħallsuhom l- erbatax- il ġimgħa tal- leave tal- maternità, setgħu jiġu kkumpensati ta’ dawn il- pagi f’ dan il- perjodu.
Dan għen sabiex jiġi eliminati diskriminazzjoni li setgħu iseħħu kontra n- nisa peress li kull min iħaddem iħallas kontribuzzjoni minima fuq kull impjegat irrispettivament mis- sess, sabiex jitneħħa kull diżinċentiv li jwassal imgħallem jimpjega raġel flok mara. Għalhekk, il- kriterja sabiex jintgħażel impjegat huma bbażati fuq il- ħiliey individwali tal- kandidat.
Il- Fond għall- Ħlas huwa użat ukoll sabiex jiġi ikkumpensat il- leave tal- adozzjoni, skont l-Ordni Dwar Standard Nazzjonali Dwar il-Leave tal-Adozzjoni.
Mit- 2 t’ Awwissu, dan il- Fond għall- Ħlas kien aġġustat sabiex jinkludi l- emendi l- ġodda tal- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata li ġew fis- seħħ bl- Avviż Legali 201 tal- 2022. Għalhekk, Fond tal- Ħlas għall-Leave tal-Maternita’ ġie aġġustat sabiex jinkludi l- kumpens tal- pagi tal- leave tal- paternità u tal- ġenituri f’ każijiet ta’ twelid jew adozzjoni, u fil- każ tal- benefiċċji tal- ġenituri, dan ġie estiż għall- każijiet ta’ fostering ukoll. Għal iktar informazzjoni fuq dawn il- benefiċċji żur hawnhekk.