F’każijiet bħal dawn l-impjegat għandu d-dritt li jressaq ilment lill-awtorità nazzjonali biex jitlob lillimpjegatur imsemmi jipprovdi tali informazzjoni lill-impjegat inkwistjoni. L-awtorità nazzjonali għandha wkoll il-fakultà li tniedi investigazzjoni biex tiddetermina n-natura tal-ksur minn min iħaddem. F’każijiet fejn jiġi determinat dan il-ksur, min iħaddem għandu jkun responsabbli għal multa.