Ir-Regolamenti dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli joħorġu mid-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kundizzjonijiet taxxogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva kellha l-għan li taġġorna dDirettiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligu ta’ min iħaddem li jinforma lill-impjegati dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg filkuntest ta’ suq tax-xogħol aktar flessibbli u modern ikkatalizzat mill-era tad-diġitalizzazzjoni.

Permezz ta’ dan ir-regolament, sett ġdid ta’ obbligi f’isem min iħaddem u d-drittijiet għallimpjegati ġew illeġiżlati biex jirriflettu n-natura dejjem tevolvi tad-dinja tax-xogħol. Għalhekk, ittwaqqif ta’ qafas li jiggarantixxi l-istandard minimu tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-suq tax-xogħol modern u fid-dinja tax-xogħol.

Dan ir-regolament diġà daħal fis-seħħ u d-dispożizzjonijiet tiegħu huma applikabbli sal-1 ta’ Awwissu.