Il- perjodu ta’ prova ma jistax ikun itwal minn 6 xhur. Fil-każ ta’ kuntratt ta’ tul ta’ żmien fiss, ilperjodu ta’ prova jrid ikun proporzjonat mat-tul ta’ żmien tal-kuntratt.

It-tul ta’ żmien ta’ kuntratt b’terminu fiss ma jistax ikun iqsar minn sitt xhur. Madankollu, f’każijiet fejn il-kuntratt b’terminu fiss huwa iqsar minn sitt xhur min iħaddem għandu jelenka b’mod ċar, irraġunijiet oġġettivi għal tali tul ta’ żmien iqsar fl-istess kuntratt ta’ impjieg.

Perjodu ta’ prova jista’ jkun ta’ 12-il xahar jekk tali perjodu jkun għal kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiem f’pożizzjoni teknika, amministrattiva, eżekuttiva jew maniġerjali.