Dan l-istrument legali jistabbilixxi li l-ħaddiema kollha tal-pjattaformi għandhom jitqiesu bħala impjegati u għalhekk, huma għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet kollha mogħtija lill-impjegati kollha, bħall-paga minima, il-kundizzjonijiet tax-xogħol pereżempju r-rati tas-sahra, il-leave għallvaganzi, il-leave minħabba mard eċċ.

Il-ħaddiema tal-pjattaformi se jingħataw ukoll id-dritt dwar elementi speċifiċi oħra li huma partikolari għal din il-forma ġdida ta’ xogħol. Dan jinkludi informazzjoni dwar kif jaħdem lalgoritmu tas-sistema awtomatizzata tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sistema li tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiem f’dan is-settur. Inkluż ma’ dan tal-aħħar, l-impjegatur għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ awtomatizzati li jintużaw għall-monitoraġġ, is-superviżjoni jew l-evalwazzjoni talprestazzjoni tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi.