Il-ħaddiema tal-pjattaformi għandhom id-dritt li jiksbu spjegazzjoni b’lingwaġġ sempliċi millimpjegatur dwar is-sistemi kollha awtomatizzati ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għandhom impatt jew effetti sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-impjegatur bil-miktub u l-impjegatur huwa obbligat jipprovdi kwalunkwe ċarezza dwar il-fatti li jwasslu għal tali deċiżjoni.
F’każijiet fejn l-impjegat ma jkunx sodisfatt bil-ġustifikazzjonijiet sakemm l-impjegatur ikun meħtieġ jirrevedi tali deċiżjoni u jipprovdi tweġiba lill-ħaddiem inkwistjoni sa mhux aktar tard minn ġimgħa mit-talba jew ġimagħtejn mit-talba fil-każ ta’ SME.