Min jikser xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti hu ħati ta’ reat u meta jinstab ħati jeħel multa ta’ mhux inqas minn ħamest elef (€5,000) iżda mhux aktar minn sebat elef Euro (€7,000). Jekk ir-reat jikkonsisti fl-operazzjoni ta’ aġenzija tal-impjieg mingħajr ma jkun fil-pussess ta’ liċenzja valida skont dawn ir-regolamenti, kull persuna li tinstab responsabbli għaliha tkun ħatja ta’ reat, u meta tinstab ħatja, tkun soġġetta għal multa ta’ mhux inqas minn ħamsa u għoxrin elf Euro (EUR
25,000) iżda mhux aktar minn tletin elf Euro (EUR 30,000).