F’każijiet ta’ mudell imprevedibbli ta’ xogħol l-impjegatur jeħtieġ li jinforma lill-impjegat:
a. Mill-inqas 30 jum qabel l-assenjazzjoni tax-xogħol f’każijiet fejn tali assenjazzjoni jkollha tul ta’ 6 ġimgħat jew aktar ta’ xogħol.
b. Mill-inqas 15-il jum qabel l-assenjazzjoni tax-xogħol f’każijiet fejn tali assenjazzjoni jkollha tul ta’ żmien ta’ ġimagħtejn sa 5 ġimgħat ta’ xogħol.
c. Mill-inqas 7 ijiem qabel l-assenjazzjoni tax-xogħol f’każijiet fejn tali assenjazzjoni jkollha tul ta’ ġimgħa sa ġimagħtejn ta’ xogħol.
d. Mill-inqas 3 ijiem qabel l-assenjazzjoni tax-xogħol f’każijiet fejn tali assenjazzjoni jkollha tul ta’ żmien ta’ bejn 5 u 7 ijiem ta’ xogħol.
e. Mill-inqas jum qabel l-assenjazzjoni tax-xogħol f’każijiet fejn tali assenjazzjoni jkollha tul ta’ inqas minn 5 ijiem ta’ xogħol.