Ir-Regolamenti tal-Aġenziji tal-Impjieg daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1996. Dawn ir-Regolamenti huma maħsuba biex jirregolaw l-aġenziji tal-Impjiegi li joffru servizzi ta’ reklutaġġ tiġbor flimkien u tqabbel in-nies li qed ifittxu impjieg u opportunitajiet ta’ impjieg.
Min-naħa l-oħra, ir-Regolamenti dwar ix-Xogħol Temporanju joħorġu mid-Direttiva 2008/104/KE talParlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u ġiet trasposta fil-liġi Maltija fil-5 ta’ Diċembru 2011. Dawn ir-Regolamenti jirregolaw lAġenziji ta’ Xogħol Temporanju li jassenjaw, kemm fuq bażi regolari kif ukoll fuq bażi irregolari, ilħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija lil impriżi utenti biex jaħdmu hemm temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom, kemm jekk attività bħal din hija l-attività prinċipali jew anċillari tal-aġenzija tax-xogħol temporanju kif ukoll jekk le.