L-aġenziji tal-impjieg li bħalissa qed jipprovdu r-reklutaġġ ta’ persuni li għandhom liċenzja valida jistgħu jkomplu jwettqu attivitajiet bħal dawn kif awtorizzati skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja eżistenti tagħhom sakemm tiskadi din il-liċenzja eżistenti. F’każ bħal dan, l-applikazzjoni għal liċenzja ġdida għandha titressaq mill-inqas xahrejn qabel l-iskadenza tal-liċenzja jew, jekk il-liċenzja tiskadi qabel xahrejn (2) mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti mhux aktar tard minn xahar (1) mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.