L-impjegaturi ma jistgħux jipproċessaw data personali tal-ebda ħaddiem tal-pjattaformi fejn tali informazzjoni ma tkunx intrinsikament konnessa ma’ u strettament meħtieġa għat-twettiq taxxogħol tagħhom. B’mod partikolari, huma m’għandhomx:
– jipproċessaw kwalunkwe data personali dwar l-istat emozzjonali jew psikoloġiku talħaddiem tal-pjattaforma.
– jipproċessaw kwalunkwe data personali relatata mas-saħħa tal-ħaddiem tal-pjattaforma, ħlief f’każijiet eċċezzjonali kif stipulat mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tadData.
– jipproċessaw kwalunkwe data personali fir-rigward ta’ konverżazzjonijiet privati, inklużi skambji mar-rappreżentanti uffiċjali tal-ħaddiema tal-pjattaformi.
– jiġbru kwalunkwe data personali filwaqt li l-ħaddiem tal-pjattaforma ma jkunx qed joffri jew iwettaq xogħol fuq pjattaforma diġitali