Il-Missjoni Tagħna

Il-Missjoni Tagħna


Li nħarsu l-interessi tal-partijiet f’kuntratti tal-impjiegi, filwaqt li fi spirtu ta' sħubija socjali, nippromwovu relazzjonijiet tal-impjieg tajba u nikkontribwixxu lejn relazzjonijiet industrijali stabbli.


Id-Dipartiment jittratta diversi aspetti relatati mal-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjiegi.  Il-ħidma ewlenija tad-Dipartiment titwettaq f'dawn l-oqsma: 


 Kundizzjonijiet tal-Impjieg  

• Nipprovdu tagħrif dwar kundizzjonijiet tal-impjieg fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija  
• Nirregolaw kuntratti tal-impjieg b'mod ġust sabiex niżguraw li d-drittijiet u l-obbligi kollha ta' kull parti fil- kuntratt jiġu mħarsa 
• Inħarsu d-drittijiet tal-impjegati li l-impjieg tagħhom ikun ġie tterminat  
• Nippromwovu prattiċi tajba f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti.

  
 Relazzjonijiet Industrijali  

• Niffaċilitaw il-ħolqien ta’ relazzjoni tajba bejn assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali u trade unions  
• Nipprovdu metodi għar-riżoluzzjoni volontarja ta' tilwim industrijali u nagħmlu ħilitna biex ninkoraġġixxu riżoluzzjonijiet ta' dan it-tip.  

  
 ​Relazzjonijiet Internazzjonali  

• Nikkoordinaw u naħdmu mill-qrib prinċipalment mal-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kif ukoll ma’ korpi governattivi oħra li għandhom rwol fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi  
• Inżommu kuntatti fuq livell tekniku ma’ korpi internazzjonali, inkluż l-ILO fir-rigward ta’ obbligi internazzjonali ratifikati minn Malta fil-qasam tax-xogħol. 


DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email