Kuntratt ta' Servizz

Kuntratt ta' Servizz


faqs.png

​ ​​ ​​ ​
KUNTRATT TA' SERVIZZ
Deskrizzjoni​

Il-​Kuntratt ta' servizz huwa ftehim, kemm jekk verbali jew bil-miktub, fejn persuna torbot lilha nnifisha biex tagħti servizz lil, jew biex tagħmel xogħol għal min iħaddem, bħala ritorn tal-pagi.​
Mistoqsijiet Tweġibiet​
​Meta l-kuntratt tas-servizz ma' jkunx bil-miktub, min iħaddem/tħaddem,  għandu/għan​dha jagħti/tagħti lill-impjegat/impjegata il-kundizzjonijiet tax-xogħol bil-miktub?​​ Jekk il-perjodu tal-impieg jaqbeż xahar u jeċċedi tmien sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, min iħaddem huwa/hija obbligat/obbligata li jagħti/tagħti stqarrija bil-miktub lill-impjegat/impjegata li turi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu/tagħha, fi żmien 8 ijiem tax-xogħol mill-bidu tal-impieg. Hija wkoll prattika tajba jekk l-impjegat/impjegata jingħata deskrizzjoni tax-xogħol.
​X'inhi d-differenza bejn kuntratt ta' servizz definit (terminu fiss) u kuntratt ta' servizz indefinit? ​Kif jimplika ismu kuntratt ta’ servizz indefinit ifisser li l-impjegat/impjegata huwa/hija involut/involuta f’impieg għal perjodu indefinit (mingħajr limitu). Min-naħa l-oħra, kuntratt għal żmien fiss huwa kuntratt fejn iż-żewġ partijiet normalment jaqblu dwar it-tul tiegħu u għalhekk jinkorpora data ta' skadenza.
​Hemm limitu ta' żmien li warajh kuntratt għal żmien fiss jista' jinbidel għal żmien indefinit? ​​Esklużi eċċezzjonijiet għal raġunijiet iġġustifikati, kuntratt għal żmien fiss jista' jiġġedded suċċessivament sa perjodu massimu ta' erba' snin, wara l-impjegat/impjegata għandu/għandha jitqies/titqies li huwa/hija taħt kuntratt ta' tul indefinit. Impjegat li l-kuntratt għal żmien fiss tiegħu/tagħha skada u huwa/hija miżmum/miżmuma fl-impieg ukoll se jkun/tkun ikkunsidrat/ikkunsidrata li jkun/tkun taħt kuntratt indefinit, jekk min iħaddem ma jipproduċix/tipproduċix kuntratt ġdid ta' servizz, fi żmien tnax (12)-il jum wara l-iskadenza tal-kuntratt preċedenti.
​Jista' kuntratt indefinit ta' xogħol jinbidel f'wieħed definit? Kuntratt ta' impieg miftiehem fuq bażi indefinita ma jistax jinbidel għal żmien definit jekk sostanzjalment l-istess xogħol se jitwettaq.

​DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta, 
VLT 1121
Ara l-mappa​
 Tele​fon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email