Mistoqsijiet |
Tweġibiet |
Kemm idum il-perjodu ta' prova? |
L-ewwel sitt xhur ta’ impieg jikkostitwixxu l-perjodu ta' prova. Il-partijiet jistgħu madankollu jaqblu għal terminu iqsar. Fil-każ ta' kuntratt ta' servizz, jew ftehim kollettiv, fir-rigward ta' impjegati li għandhom karigi tekniċi, eżekuttivi, amministrattivi jew maniġerjali u li l-pagi tagħhom huma mill-inqas id-doppju tal-paga minima stabbilita f'dik is-sena, tali perjodu ta' prova huwa ta' sena sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor (għal perjodu iqsar). |
L-impieg jista' jiġi tterminat matul il-perjodu ta' prova? |
Waqt il-prova, kull parti tista' ttemm l-impieg mingħajr ma tagħti raġuni, sakemm jingħata avviż ta' ġimgħa jekk l-impieg ikun qabeż xahar. Madankollu, fil-każ li ttemm l-impieg ta' impjegata tqila matul il-prova, min iħaddem/tħaddem huwa/hija obbligat/obbligata li jagħti/tagħti r-raġunijiet bil-miktub biex jiġġustifika/tiġġustifika li t-tkeċċija mhix relatata mal-kundizzjoni tal-impjegata. |
Jista' jiġi estiż perjodu ta' prova? |
Il-perjodu ta' prova ma jistax jiġi estiż lil hinn mill-perjodu massimu permess mil-liġi. Fejn min iħaddem/tħaddem u l-impjegat/impjegata jaqblu għal perjodu iqsar, tali perjodu jorbot bil-liġi u jista' jiġi estiż biss sal-limitu massimu kkontemplat bil-liġi jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li jagħmlu hekk. |