Jekk hemm allegazzjonijiet li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma ġewx osservati, hemm limitu ta’ żmien li fih l-impjegat/impjegata jista/tista’ jieħu/tieħu kwalunkwe azzjoni? |
L-impjegat/impjegata jista'/tista’ jibgħat/tibgħat it-talba tiegħu/tagħha, li għandha tkun appoġġjata minn dokumenti, lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg li jrid jinvestiga u jieħu l-passi meħtieġa. L-azzjoni kriminali tista' tinbeda biss mid-Dipartiment fi żmien preskriitt ta' sena. Dan ma jippreġudikax id-dritt tal-impjegat/impjegata li jibda/tibda azzjoni ċivili kontra min iħaddem/tħaddem skont il-liġi ċivili. |
Liema rimedji huma disponibbli għal impjegat/impjegata li jallega/tallega ksur fil-kundizzjonijiet tal-impieg tiegħu/tagħha? |
• L-impjegat/impjegata jista'/tista' jfittex/tfittex l-għajnuna tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg u hu għandu jinvestiga l-każ, inkluż li jibda l-azzjoni kriminali kontra min iħaddem/tħaddem, jekk il-każ hekk jitlob.
• L-impjegat/impjegata bħala individwu privat, jista' jibda azzjoni fil-qorti ċivili.
• Fil-każ ta’ allegat tkeċċija inġusta, trattament diskriminatorju, ksur tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, vittimizzazzjoni, fastidju u l-każijiet kollha li jirreferu għat-Tribunal Industrijali, l-impjegat/impjegata bħala individwu privat jista’/tista' jibda/tibda azzjoni quddiem it-Tribunal Industrijali. |