Leave

Leave


faqs.png

​ ​​ ​​ ​
VACATION LEAVE
Deskrizzjoni​​
​Drittijiet ta' ​Vacation Leave lill-impjegati. Kull impjegat b’ġimgħa tax-xogħol ta’ 40 siegħa huwa intitolat għal leave annwali mħallas ta’ mill-inqas l-ekwivalenti f’sigħat ta’ erba’ ġimgħat u tnejn u tletin siegħa (192 siegħa). Meta festa nazzjonali jew btala pubblika taqa’ fi kwalunkwe jum tal-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) u l-impjegat full-time ma jkunx skedat li jaħdem minn nofsillejl sa nofsillejl ta’ tali jum bħala parti mir-roster normali ta’ kull ġimgħa (li jkun off-day tal-impjegat), l-ekwivalenti f’sigħat ta’ jum tax-xogħol wieħed għandu jiżdied mal-intitolament għal-leave tal-impjegat.
​​
Mistoqsijiet Tweġibiet
Għalkemm il-Vacation Leave, huwa/hija impjegat/impjegata intitolat/intitolata? Impjegat/Impjegata li jaħdem/taħdem medja ta' 40 siegħa fil-ġimgħa bil-kundizzjoni li meta festa nazzjonali jew btala pubblika taqa’ fi kwalunkwe jum tal-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) u l-impjegat full-time ma jkunx skedat li jaħdem minn nofsillejl sa nofsillejl ta’ tali jum bħala parti mir-roster normali ta’ kull ġimgħa (li jkun off-day tal-impjegat), l-ekwivalenti f’sigħat ta’ jum tax-xogħol wieħed għandu jiżdied mal-intitolament għal-leave tal-impjegat.​
Minn meta jibda jakkumula l-Vacation Leave ​​Il-Vacation Leave jibda jakkumula mill-bidu tal-impieg
Kemm hu d-dritt ta’ ħaddiem/ħaddiema għall-Vacation Leave meta huwa/hija impjegat/impjegata għal inqas minn sena kalendarja waħda? Meta impjegat/impjegata ikun/tkun impjegat/impjegata għal inqas minn sena kalendarja waħda, hu/hi għandu/għandha jkun/tkun intitolat/intitolata għal ammont proporzjonat ta' leave annwali.
​L-impjegati jistgħu jagħżlu li jieħdu l-leave meta jridu? Għa​​lkemm huwa d-dritt tal-impjegat/impjegata li jagħżel/tagħżel meta japplika/tapplika għal-leave, l-applikazzjoni għal-leave għandha tkun approvata minn min iħaddem/tħaddem qabel ma' impjegat/impjegata jkun/tkun jista'/tista jipproċedi/tipproċedi bil-leave. Min iħaddem/tħaddem jista'/tista' japprova/tapprova jew jirrifjuta/tirrifjuta applikazzjoni għal-leave, filwaqt li jqis l-esiġenzi tax-xogħol.
​Impjegat/Impjegata jista'/tista jitħalla/titħalla jagħmel/tagħmel użu mil-leave f'sigħat bħala parti mill-ġurnata tax-xogħol tiegħu/tagħha? ​Bi ftehim reċiproku ma' min iħaddem/tħaddem, il-leave jista' jittieħed f'sigħat. Inkella, jekk ma' jkunx hemm l-ebda ftehim bejn min iħaddem/tħaddem u l-impjegat/impjegata, il-leave għandu jsir użu sħiħ minnu.
​Huwa possibbli għal impjegat/impjegata li jitħallas/titħallas għall-leave annwali, minflok ma' jagħmel/tagħmel użu mill-intitolament? ​Perjodu minimu ekwivalenti għal erba' ġimgħat (160 siegħa) ma' jistax jiġi sostitwit bi kwalunkwe allowance, ħlief fejn l-impieg tal-ħaddiem/ħaddiema jiġi tterminat.
​Il-Vacation Leave jista' jitmexxa' 'l quddiem għas-sena ta' wara? L-impjegat/impjegata għandu/għandha jfittex/tfittex li juża/tuża l-intitolament għal-​Vacation Leave tiegħu/tagħha matul l-istess sena kalendarja meta jkun dovut. Jekk ma' ssirx applikazzjoni għaliha, l-impjegat/impjegata ma' jistax jitlob ħlas. Huwa possibli biss li  l-impjegat/impjegata jressaq/tressaq 'il quddiem sa 50% tal-intitolamnet tal-leave annwali għas-sena ta' wara, jekk ikun hemm ftehim ma' min iħaddem/tħaddem.
​Jekk impjegat/impjegata itemm/ttemm l-impieg tiegħu/tagħha, x'jiġri bil-vacation leave pendenti tas-sena, li huwa dovut lill-impjegat/impjegata fid-data tat-tmiem? ​Malli jintemm/tintemm mill-impieg, impjegat/impjegata għandu/għandha d-dritt jitlob/titlob kumpens finanzjarju għal kwalunkwe bilanċ ta' leave li għad irid jitħallas.
​LEAVE URĠENTI TAL-FAMILJA​​
Deskrizzjoni​
​Ħin liberu mix-xogħol għal raġunijiet familjari urġenti bħal mard jew inċidenti applikabbli għall-impjegati kollha, fejn il-preżenza immedjata tal-impjegat/impjegata hija indispensabbli​.
Mistoqsija Tweġiba
​X' arranġamenti hemm biex impjegat/impjegata jieħu/tieħu leave urġenti għal raġunijiet privati u personali? ​L-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal total ta’ ħmistax-il siegħa b’paga kull sena bħala ħin ta’ mistrieħ għal raġunijiet urġenti tal-familja. Dawn is-sigħat għandhom jitnaqqsu mid-dritt għal-leave annwali tal-impjegat/impjegata. Leave urġenti bħal dan, irid ikun relatat ma' każijiet ta' mard jew aċċident għal membri tal-familja immedjata tal-impjegat/impjegata
LEAVE TAL-MARD
​​
​Deskrizzjoni
​Intotolament għall-Leave tal-Mard
Mistoqsijiet Tweġibiet
Kemm huwa/hija intitolat/intitolata impjegat/impjegata  għal-leave tal-mard?​​ L-ammont ta' leave tal-mard ivarja sostanzjalment skont is-settur tal-industrija relevanti. L-ammont applikabbli tad-dritt għal-leave tal-mard huwa pprovdut:

- Fid-WRO rilevanti li jirregola s-settur speċifiku tal-industrija; jew

- Fejn is-settur mhux kopert minn WRO, impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal ġimgħatejn ta' xogħol ta' leave tal-mard kull sena (ikkalkulat f'sigħat).
Jekk impjegat/impjegata jeħtieġ/teħtieġ imur/tmur għad-donazzjoni tad-demm jew biex jattendi/tattendi l-isptar bħala outpatient, dan in-nuqqas mix-xogħol jitnaqqas mid-dritt għal-leave tal-mard tiegħu/tagħha? F'okkażjonijiet ta' mard, ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat lil min iħaddem. Jekk in-nuqqas mix-xogħol ma' jkunx kopert minn ċertifikat mediku, arranġamenti oħra (bħall-applikazzjoni għal-leave) għandhom jiġu mfittxija.
X' jiġri jekk impjegat/impjegata jeċċedi/teċċedi l-intitolament tiegħu/tagħha għal-leave tal-mard? ​Min iħaddem/tħaddem huwa/hija meħtieġ/meħtieġa biss. li joħroġ/toħroġ pagi għall-ammont ta’ leave tal-mard, hekk kif provdut bil-liġi. Jekk impjegat/impjegata jibqa'/tibqa' marid/marida wara li jkun eżawrixxa l-intitolament għal-leave tal-mard, huwa/hija jibqa/tibqa' jirċievi/tirċievi biss il-benefiċċju tal-mard mis-Sigurtà Soċjali li għalih jista' jkun/tkun intitolat/intitolata.
LEAVE GĦAL KORRIMENT
Deskrizzjoni​
​​Ħin tal-leave tal-korriment u drittijiet akkumulati.
Mistoqsijiet​ Tweġibiet​
​Impjegat/Impjegata jitħallas/titħallas jekk imweġġa waqt ix-xogħo​l?​ Iva, l-impjegati huma intitolati għal perjodu massimu ta'  sena injury leave fuq paga sħiħa, bitnaqqis tal-ammont sħiħ ta' kwalunkwe benefiċċju ta' dannu li għalih dak l-impjegat/impjegata jista'/tista' jkun/tkun intitolat/intitolata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jekk huwa/hija jkun/tkun imweġġa' waqt il-qadi attwali tad-dmir tiegħu/tagħha u mhux minħabba negliġenza kontributorja min-naħa tiegħu/tagħha. kontra r-regoli ta’ sigurtà stabbiliti minn min iħaddem/tħaddem.
​Waqt li tkun fuq Leave tal-Korriment, l-ammonti dovuti tal-leave annwali u l-bonusijiet ikomplu?​ Iva, il-vacation leave u l-bonusijiet se jkomplu jakkumulaw.
LEAVE TAŻ-ŻWIEĠ​
​Deskrizzjoni
​​Leave addizzjonali li jingħata lill-impjegati li għadhom kemm jiżżewġu.
Mistoqsija Tweġiba
Jekk impjegat/impjegata jiżżewweġ/tiżżewweġ huwa/hija intitolat/intitolata għal xi leave speċjali?​
​L-impjegati huma intitolati għal-leave taż-żwieġ imħallas skont l-Ordni relevanti li Jirregola l-Pagi li tirregola s-settur speċifiku ta' l-industrija li fih huma impjegati. L-intitolament jista' jvarja skont ir-regolament. Meta t-tip ta' attività ta' xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal jumejn tax-xogħol bħala leave taż-żwieġ.
​​LE​AVE TAS-SERVIZZ TAL-ĠURIJA
Deskrizzjoni
​Leave addizzjonali li jingħata lill-impjegati li jissejħu għal servizz ta' ġurija.
​Mistoqsija ​​Tweġiba
​Jekk impjegat/impjegata jissejjaħ/tissejjaħ għal servizz ta’ ġurija, dan in-nuqqas mix-xogħol jitnaqqas mill-intitolament għal-Vacation Leave tal-impjegat/impjegata? ​Le. L-impjegat/impjegata igawdi/tgawdi leave tal-ġurija mingħajr telf ta’ pagi sakemm hu meħtieġ.​
LEAVE GĦAL SERVIZZ BĦALA ĠURAT​​
Deskrizzjoni
Leave biex iservu ta' xhieda fil-qorti.
​Mistoqsija ​​Tweġiba
Impjegat/Impjegata li huwa/hija mħarrek/mħarrka biex jidher/tidher fil-qorti bħala xhud, huwa/hija intitolat/intitolata għal-leave speċjali?
​Ma' hemm l-ebda dritt fil-liġi għal-leave speċjali biex jattendi/tattendi l-qorti bħala xhieda ħlief fil-każ ta' ħaddiema fis-settur tal-isptar u l-kliniċi li huma permessi leave speċjali mħallas biex jattendu l-qorti bħala xhieda fir-rigward ta' każijiet tal-pulizija.
​​​​
​​LEAVE TA' BEREAVEMENT
Deskrizzjoni
Il-leave ta' Bereavement huwa leave addizzjonali li jingħata lill-impjegat/impjegata fl-okkażjoni tal-mewt tal-konjuġi, tal-ġenitur, tat-tifel, tat-tifla, ta' ħu jew ta' oħt l-impjegat/impjegata.​
​​Mistoqsija ​​Tweġiba
Meta membru tal-familja ta' impjegat/impjegata miet/mietet, huwa/hija intitolat/intitolata għal xi leave speċjali? Jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegat/impjegata huma rregolati b’Ordni li Jirregola l-Pagi, il-ħaddiem/ħaddiema jitħalla/titħalla jieħu/tieħu leave ta' Bereavement u jitħallas/titħallas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ mara, sieħeb ċivili, raġel, omm, missier, iben, bint, ħu jew oħt l-impjegat/impjegata. L-intitolament jista' jvarja skont l-Ordni li Jirregola l-Pagi. Fejn it-tip ta' attività ta' xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal leave ta' Breveament, ta' ġurnata tax-xogħol.
LEAVE TAT-TWELI​D
Deskrizzjoni
​​Il-leave tat-twelid huwa leave addizzjonali mogħti lill-missier fl-okkażjoni tat-twelid tat-tifel/tifla tiegħu.
​Mistoqsija Tweġiba
​It-twelid ta’ wild jintitola lill-impjegat għal-leave addizzjonali? Jekk​ il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' impjegat huma rregolati b'Ordni li Jirregola l-Pagi, il-ħaddiem jitħalla jieħu leave għat-twelid bi ħlas sħiħ fl-okkażjoni tat-twelid ta' tarbija lil martu. L-intitolament jista' jvarja skont l-Ordni li Jirregola l-Pagi. Fejn it-tip ta' attività ta' xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat huwa ntitolat għal ġurnata tax-xogħol leave għat-twelid. 

LEAVE TAL-MATERNITÀ
Deskrizzjoni
​​Dritt għal Leave Addizzjonali f'każ ta' maternità.
Mistoqsijiet ​​Tweġibiet
X'inhu l-ammont ta' leave tal-maternità li impjegata hija intitolata għalih?​ Impjegata li qiegħda tistenna tarbija tista' tirrikorri għal-leave tal-maternità għal perjodu bla interuzzjoni ta' tmintax-il (18) ġimgħa:

· L-ewwel erbatax-il (14) ġimgħa b'pagi sħaħ imħallsa minn min iħaddem,​

· L-erba' (4) ġimgħat li jifdal mhumiex obbligatorji u mhux imħallsa minn min iħaddem. Madankollu, jekk l-impjegata tagħżel li tuża dawn l-erba' ġimgħat tal-leave tal-maternità, jew parti minnhom, l-impjegata tista' tapplika għall-Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li għalih l-impjegata tista' tkun intitolata.
Kif għandu jsir użu mill-leave tal-maternità?​​ L-impjegata għandha tinnotifika lil min iħaddimha bil-miktub bid-data meta bi ħsiebha tagħmel użu minn tali intitolament mill-inqas erba' ġimgħat qabel il-bidu tiegħu, sa fejn huwa raġonevolment prattikabbli. L-impjegata hija obbligata li tagħmel użu minn sitt (6) ġimgħat tad-dritt totali immedjatament wara d-data tal-ħlas. Erba' (4) ġimgħat oħra għandhom jittieħdu immedjatament qabel id-data mistennija tal-ħlas, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn min iħaddem/tħaddem u l-impjegata. Il-bilanċ ta' intitolament li jifdal li għandu jsir użu minnu, kompletament jew parzjalment jista' jittieħed, immedjatament qabel jew immedjatament wara l-perjodi msemmija qabel, kif l-impjegata tista' tiddeċiedi.​
Ħaddiema li qiegħda tistenna tarbija hija intitolata li tieħu l-ħin liberu biex tattendi eżamijiet qabel it-twelid?​​ ​Impjegata hija intitolata għal ħin liberu mingħajr telf ta’ paga jew ta’ xi benefiċċju ieħor, sabiex tattendi eżamijiet ta' qabel it-twelid, jekk dawn l-eżamijiet iridu jsiru matul is-sigħat tax-xogħol tagħha.
Meta impjegata terġa' tibda taħdem wara l-leave tal-maternità, hija għandha d-dritt li terġa' tiddaħħal fil-kariga preċedenti tagħha? ​Mat-tmiem tal-leave tal-maternità, l-impjegata għandha d-dritt li terġa' tibda x-xogħol fil-kariga li qabel kienet tokkupa fil-bidu tal-leave tal-maternità u jekk din il-kariga ma' tibqax disponibbli, għal post relatat.
X' inhuma l-konsegwenzi jekk impjegata tirriżenja mix-xogħol immedjatament wara li tuża l-leave tal-maternità tagħha? ​Meta mara impjegata tirriżenja minn impieg mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti fi żmien sitt xhur mid-data li terġa' tibda x-xogħol wara li tuża l-leave tal-maternità, hi għandha tkun responsabbli, li tħallas lil min iħaddem/tħaddem somma ekwivalenti għall-pagi li hija rċeviet matul dan il-leave tal-maternità
Impjegata li qiegħda tistenna tarbija, qed tredda' jew li għadha kif twelled, tista' tkun esposta għal perikli fuq il-post tax-xogħol?​ ​Jekk hemm riskji fuq ix-xogħol li jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà u/jew it-tqala tal-impjegata, dik l-impjegata hija intitolata għal leave speċjali tal-maternità sakemm ir-riskju jkun jeżisti.
PARENTAL LEAVE​​
​Deskrizzjoni
Parental Leave mhux imħallas, huwa applikabbli għall-impjegati li huma ġenituri, ġenituri li jadottaw jew foster carers.​​
Mistoqsijiet Tweġibiet
​X'inhuma d-drittijiet ta' impjegat/impjegata jekk huwa/hija jkollu/jkollha bżonn jieħu/tieħu perjodu ta' ħin liberu mill-impieg biex ikun/tkun jista'/tista' jieħu/tieħu ħsieb it-tfal tiegħu/tagħha?
​Kemm ħaddiema maskili kif ukoll nisa li kienu mill-inqas 12-il xahar f'servizz kontinwu ma' min iħaddimhom għandhom id-dritt individwali li jingħataw parental leave bla ħlas fuq il-bażi tat-twelid, l-adozzjoni, it-trawwim jew il-kustodja legali ta' tifel/tifla biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb dak it-tifel/tifla għal perjodu ta' erba' xhur sakemm it-tifel/tifla ikun laħaq/laħqet l-età ta' tmien snin.
Impjegat/Impjegata li uża/tuża l-leave tal-ġenituri u jibdel/tibdel il-prinċipal tiegħu/tagħha, huwa/hija intitolat/intitolata għal dritt għal-parental leave ġdid?
Il-bilanċ tal-parental leave tal-impjegat/impjegata huwa/hija trasferit għall-impieg il-ġdid. L-impjegat/impjegata mhux intitolat/intitolata għal-parental leave ġdid.​
LEAVE GĦALL-ADOZZJONI
​Deskrizzjoni
​​Leave Addizzjonali applikabbli għall-impjegati li huma l-ġenituri ta' tifel/tifla adottat/adottata.
Mistoqsijiet Tweġibiet
X'inhu d-dritt għal-leave f'każ ta' adozzjoni? Il-ġenituri f'impieg għandhom ikunu intitolati għal-leave tal-adozzjoni bla interruzzjoni ta' 18-il ġimgħa, li 14-il ġimgħa minnhom għandhom jitħallsu bil-pagi sħaħ. L-impjegat/impjegata jista’/tista' japplika/tapplika għall-benefiċċji mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-aħħar 4 ġimgħat li ma jitħallsux minn min iħaddem/tħaddem.​
​Iż-żewġ ġenituri huma intitolati għal dan il-leave ta' adozzjoni? Jekk iż-żewġ persuni huma impjegati, allura t-18-il ġimgħa jistgħu jinqasmu kif miftiehem bil-miktub mill-ġenituri. Jekk persuna waħda biss tkun qiegħed/qiegħda jaħdem/taħdem, allura l-ġenitur jista' jgawdi t-18-il ġimgħa. L-istess japplika għal ġenitur wieħed.
Meta nista' nieħu l-leave għall-adozzjoni? Leave għall-adozzjoni jista' jittieħed kull meta tifel/tifla jiġi/tiġi adottat/adottata u għandu/għandha jibda/tibda mid-data meta' t-tifel/tifla jgħaddi/tgħaddi fil-kura u l-kustodja ta' ġenitur jew ġenituri adottivi.
LEAVE TAL-IVF​
Deskrizzjoni
​Leave Imħallsa applikabbli għal ġenituri prospettivi li jgħaddu minn trattament bl-IVF f'Malta jew barra.​
Mistoqsijiet Tweġ​ibiet
​X'inhu d-dritt għal-leave f'każijiet fejn koppja teħtieġ tgħaddi minn trattament bl-IVF? Ġenituri prospettivi li jgħaddu minn trattament bl-IVF f'Malta jew barra huma intitolati għal 100 siegħa ta' leave b'paga sħiħa. Dawn il-100 siegħa għandhom jinqasmu, fejn mas-60% jmorru għal ġenitur riċevitur u 40% jmorru għal ġenitur prospettiv ieħor. Dawn il-100 siegħa jistgħu jintużaw b'mod mhux kontinwu. Barra minn hekk, dawn il-100 siegħa għandhom ikunu disponibbli, sa 3 proċessi  tal-IVF.
X'inhu d-dritt għal-leave f'każijiet fejn koppja teħtieġ li tgħaddi minn trattament b'IVF, jekk persuna waħda biss hija impjegata?​ Jekk ġenitur prospettiv wieħed/waħda biss huwa/hija impjegat/impjegata, dik il-persuna għandha tkun intitolata għal 60 siegħa jekk hija l-persuna riċeventi jew 40 siegħa jekk hija l-ġenitur prospettiv l-ieħor.

​DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta, 
VLT 1121
Ara l-mappa​
 Tele​fon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email