Pagi

Pagi


faqs.png
PAGI - PAGA MINIMA NAZZJONALI
Deskrizzjoni
​Il-paga minima nazzjonali għall-impjegati. Pagi Minimi Settorjali oħra, iddeterminati mill-attività ekonomika tal-impriża kif stipulat fid-WRO applikabbli, jistgħu japplikaw.
Mistoqsija Tweġiba
X' inhi l-paga minima għas-sena kurrenti?​
Għall-2021, il-paga minima nazzjonali relatata ma’ ġimgħa normali tax-xogħol hija:

Età minn 18-il sena 'l fuq ….....…………...… € 181.08

Età 17-il sena ……………………….... € 174.30

Età 16-il sena ………………………..... € 171.46

Hemm pagi minimi differenti oħra, li huma applikabbli għal impiegi differenti, fi ħdan setturi industrijali speċifiċi.
PAGI - BONUS U ALLOWANCE TA’ KULL ĠIMGĦA
​Deskrizzjoni
​Bonus u Allowance ta' kull ġimgħa mħallsa minn min iħaddem/tħaddem lil kull impjegat/impjegata.​​
​​​
Mistoqsija Tweġiba
​Impjegat/Impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal kwalunkwe bonus u x' inhu l-ammont pagabbli?​
Il-bonus statutorju sħiħ u l-allowance ta’ kull ġimgħa pagabbli kull sitt xhur huwa kif ġej:

Tmiem Ġunju ..................................................... € 135.10 (Bonus)

Mill-15 sat-23 ta' Diċembru ............ € 135.10 (Bonus)

Tmiem Marzu ............................ € 121.16 (Allowance ta' kull ġimgħa)​​

Tmiem Settembru ................... € 121.16 (Allowance ta' kull ġimgħa)
PAGI - ŻIEDA FL-GĦOLI TAL-ĦAJJA (COLA)
​Deskrizzjoni
​​Iż-Żieda tal-għoli tal-ħajja hija obbligatorja. Impjegat/Impjegata full-time huwa/hija intitolat/intitolata għaż-żieda sħiħa, filwaqt li impjegat/impjegata part-time huwa/hija intitolat/intitolata għal parti miż-żieda tal-għoli tal-ħajja, proporzjonalment għas-sigħat maħduma.​
​​
​Mistoqsija​​ Tweġiba​
Kull ħaddiem/ħaddiema huwa/hija intitolat/intitolata għaż-żieda għall-għoli tal-ħajja?
Iva, ż-żieda għall-għoli tal-ħajja hija obbligatorja. Impjegat/Impjegata full-time huwa/hija intitolat/intitolata għaż-żieda sħiħa, filwaqt li impjegat/impjegata part-time huwa/hija intitolat/intitolata għal parti miż-żieda tal-għoli tal-ħajja proporzjonalment għas-sigħat maħduma. Ħaddiema bi ftehim kollettiv jista' jkollhom żidiet fil-pagi li huma barra jew inklussivi għall-COLA. Jekk huma inklussivi għall-COLA, allura dan ikun ifisser li l-impjegati jiksbu biss iż-żieda stipulata u mhux il-COLA, sakemm tali żieda tkun mill-inqas ugwali għall-ammont ta' COLA.​
ĦLASIJIET TAL-PAGI​
Deskrizzjoni
​Intervalli ta' Żmien għall-Ħlas tal-Pagi
​​Mistoqsija​​ Tweġiba​​
Meta għandhom jitħallsu l-pagi? ​Il-pagi għandhom jitħallsu f'intervalli regolari li ma jaqbżux l-4 ġimgħat b'lura. Perjodi differenti ta' ħlas jistgħu jiġu miftiehma fi ftehim kollettiv. Jekk min iħaddem/tħaddem jonqos/tonqos milli jħallas/tħallas il-pagi dovuti lill-impjegati, ilment jista’ jitressaq mill-impjegat/impjegata, fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.
PAGI - RIMUNERAZZJONI BBAŻATA MILL-KUMMISSJONI​
Deskrizzjoni
​Pagi li jinkludu kummissjoni, bħala parti mir-remunerazzjoni​
Mistoqsija​​ Tweġiba​​​
​Impjegat/Impjegata jista’/tista' jitħallas/titħallas biss mill-kummissjoni? ​Il-paga pagabbli lill-impjegat/impjegata tista' tikkonsisti minn kummissjoni sakemm il-paga minima ta' kull ġimgħa tkun garantita u tali paga minima titħallas f'intervalli regolari li ma jaqbżux l-erba' ġimgħat b'lura.
PAGI - SAHRA​
​Deskrizzjoni
​Ħlas ta' Sahra għal impjegati koperti b'Ordni li Jirregola l-Pagi jew mod ieħor.
Mistoqsijiet​ Tweġibiet​​
Min iħaddem/tħaddem jista’/tista joffri/toffri lill-impjegat/impjegata paga ogħla mill-paga minima provduta bil-liġi biex tikkumpensa għas-sigħat ta’ sahra maħduma? ​Kuntratt ta' xogħol jista', apparti milli jispeċifika l-paga bażika, fih ukoll klawsola għal allowance li għandha titħallas fir-rigward ta' numru ta' sigħat maħduma li jaqbżu l-ġimgħa normali tax-xogħol. Tali sahra tista' taqbeż it-8 sigħat f'ġimgħa partikolari basta li bħala medja l-massimu ta' 48 siegħa ma jinqabiżx.
Ir-rati tas-sahra huma regolati bil-liġi?​ ​Il-biċċa l-kbira tas-setturi għandhom ir-rati minimi ta’ sahra tagħhom regolati mill-Ordni li Jirregola l-Pagi rispettiva, li jirregola l-attività tax-xogħol tagħhom. Fejn ir-rati tas-sahra għall-kategorija partikolari ta’ impjegati ma jiġux irregolati mill-Ordni li Jirregola l-Pagi, ir-rata ta’ sahra applikabbli hija dik ta’ siegħa u nofs fis-siegħa meta maħduma aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa, medja fuq perjodu ta’ 4 ġimgħat jew matul ċiklu ta’ bidla fid-diskrezzjoni ta’ min iħaddem/tħaddem.​
​Ix-xogħol tas-sahra huwa obbligatorju?​ ​Min iħaddem/tħaddem jista'/tista' jobbliga/tobbliga impjegat/impjegata biex jaħdem/taħdem sahra (1) meta s-sigħat totali ta' xogħol ma jaqbżux medja ta' 48 siegħa fil-ġimgħa, u (2) meta impjegat/impjegata ikun/tkun ta l-kunsens tiegħu/tagħha bil-miktub, biex jaħdem/taħdem fuq medja bħal din. Tali kunsens jista' jiġi rtirat mill-impjegat/impjegata basta li lil min iħaddem/tħaddem, jingħata/tingħata avviż bil-miktub ta' mill-inqas 7 ijiem jew perjodu itwal ta' mhux aktar minn 3 xhur kif jista' jkun miftiehem bejn il-partijiet.​
​Liema obbligi dwar is-sahra jinqalgħu f'każijiet ta' twelid u adozzjoni ta' tifel/tifla? L-impjegati mhumiex obbligati jaħdmu sahra:

​​​a) Waqt it-tqala.
b) Għal perjodu ta’ 12-il xahar mit-twelid tat-tifel/tifla tagħha jew mid-data effettiva tal-adozzjoni ta’ tarbija.
Pagi - Xift Allowance​​
Deskrizzjoni
​Allowance tax-Xogħol bix-Xift
Mistoqsija​​​ ​Tweġiba​​​​​
​Ħaddiem/Ħaddiema bix-xift huwa/hija intitolat/intitolata għal xi allowance tax-xift?​ Hemm dritt għal trasferiment ta’ allowance f’ċerti Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi. Wieħed/Waħda għandu/għandha jivverifika/tivverifika lill-W.R.O. rispettiv dwar kwalunkwe intitolament bħal dan. Arranġamenti ad hoc jistgħu jkunu applikabbli wkoll f'intrapriżi rregolati minn ftehim kollettiv, jew jekk hemm klawsoli speċifiċi f'kuntratt ta' xogħol li jirreferu għal tali allowance.​
PAGI - TNAQQIS​
Deskrizzjoni
​Tnaqqis mill-Pagi.​​
Mistoqsijiet​​ Tweġibiet​​
Min iħaddem/tħaddem jista’/tista jagħmel/tagħmel tnaqqis mill-paga ta’ impjegat/impjegata (barra minn kwalunkwe taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali)? ​Min iħaddem/tħaddem mhux permess li jagħmel/tagħmel tnaqqis mill-paga tal-impjegat/impjegata ħlief fejn permess bil-liġi jew b’ordni ta’ qorti kompetenti. Tnaqqis mill-pagi jista' jsir jekk ikun provdut mill-ftehim kollettiv jew bil-permess minn qabel biex jiġu imposti multi, mid-DIER.
Jekk min iħaddem/tħaddem ma' jippermettix/tippermettix lil impjegat/impjegata full-time jaħdem/taħdem is-sigħat sħaħ ta’ kull ġimgħa, min iħaddem/tħaddem jista’/tista' jnaqqas/tnaqqas dawk is-sigħat mill-paga tal-impjegat/impjegata? Le, l-impjegat/impjegata għandu/għandha d-dritt li jitħallas/titħallas il-paga sħiħa tiegħu/tagħha ta' kull ġimgħa kif miftiehem fil-kuntratt ta' xogħol.
Jekk impjegat/impjegata jonqos/tonqos milli jaħdem/taħdem in-numru totali ta' sigħat fil-ġimgħa kif miftiehem fil-kuntratt ta' servizz, jista'/tista' min iħaddem/tħaddem inaqqas/tnaqqas dawk is-sigħat mill-paga tiegħu/tagħha?​ Min iħaddem/tħaddem jista'/tista' jnaqqas/tnaqqas mill-paga totali dovuta lill-impjegat/impjegata, dik il-parti biss li tikkorrispondi għas-sigħat mitlufa.​
​Min iħaddem/tħaddem jista’/tista' jimponi/timponi multi li jistgħu jitnaqqsu mill-pagi tal-impjegat/impjegata? ​Iva, jekk ikun maqbul fi ftehim kollettiv jew speċifikat f'kuntratt tal-impieg jew dikjarazzjoni bil-miktub u awtorizzat mid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, min iħaddem jista' jimponi multi fuq l-impjegati tiegħu/tagħha. Multi jinkludu wkoll sospensjoni mingħajr paga jew bi ħlas imnaqqas.​
PAGI - RATI INDAQS TAL-ĦLAS​
​Deskrizzjoni
Impjegati li jwettqu l-istess xogħol huma intitolati għall-istess rata ta' paga.​
Mistoqsijiet​​ Tweġibiet​​​
​Jekk l-impjegati jwettqu l-istess xogħol, huma intitolati għall-istess rata ta' paga? ​Meta jitwettqu l-istess dmirijiet, l-impjegati huma intitolati għall-istess rata ta' paga. Rati differenti ta' paga jistgħu japplikaw biss jekk dan ikun ibbażat fuq tulijiet differenti ta' servizz li huma riflessi taħt skali differenti ta' salarji, żidiet annwali jew kundizzjonijiet oħra ta' xogħol, sakemm dawn l-iskali tas-salarji jkollhom massimu li jinkiseb f'perjodu ta' żmien speċifikat.
​X'inhi r-rata ta' kull siegħa pagabbli lill-impjegati ta' kuntratturi privati waqt li tipprovdi servizzi lil Entitajiet Pubbliċi u Dipartimenti tal-Gvern? Ir-rata applikabbli għal kull siegħa pagabbli lil dawn l-impjegati hija, fil-prinċipju, ir-rata fis-siegħa pagabbli lill-impjegati tal-Gvern li jwettqu dmirijiet simili.​​
​Liema kundizzjonijiet, minbarra r-rati ta' kull siegħa pagabbli, għandhom jiġu osservati minn min iħaddem/tħaddem fir-rigward ta' impjegati ta' kuntratturi privati waqt li jipprovdu servizzi lil Entitajiet Pubbliċi u Dipartimenti tal-Gvern? ​​Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu:

a) L-impjegat/impjegata jingħata/tingħata kuntratt ta’ impieg bil-miktub,

b) Payslip dettaljat jinħareġ lill-impjegat.

ċ) Il-pagi għandhom ikunu ddepożitati bi ħlas dirett fil-kont bankarju tal-impjegat/impjegata,

d) L-ebda sottokuntrattar m'għandu jseħħ lil kuntratturi li jimpjegaw l-istess impjegati tal-kuntrattur prinċipali.​

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta, 
VLT 1121
Ara l-mappa​
 Tele​fon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email