Sigħat tax-Xogħol

Sigħat tax-Xogħol


faqs.png

​ ​​ ​​ ​
SIGĦAT TAX-XOGĦOL​
​Deskrizzjoni
​​Sigħat ta’ kull ġimgħa ta’ xogħol imwettaq u ħlas għal taħriġ.

Mistoqsijiet​​​​

Tweġibiet​​​

X' inhuma s-sigħat normali tax-xogħol fil-ġimgħa?​

​Is-sigħat normali tax-xogħol għal impieg full-time ivarjaw skont is-settur tal-industrija relevanti. Dawn huma stabbiliti fl-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi, li jirregolaw setturi bħal dawn skont l-attività tax-xogħol tagħhom. Is-sigħat normali ta' xogħol ta' impjegat/impjegata part-time għandhom ikunu inqas minn dawk maħduma minn impjegat/impjegata full-time komparabbli, ikkalkulati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew fuq medja ta' perjodu ta' impieg sa sena.
​​L-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal kwalunkwe ħlas jekk jintbagħat/tintbagħat għal taħriġ meta ma' jkunx/tkunx qiegħed jaħdem/taħdem?​ Jekk it-taħriġ huwa obbligatorju, min iħaddem/tħaddem għandu/għandha jittratta/tittratta dak il-perjodu bħala ħin tax-xogħol u jħallasha/tħallasha kif xieraq.​
​​​
SIGĦAT TAx-XOGĦOL - PA​RT-TIME
Deskrizzjoni
​Impjegat/Impjegata part-time huwa/hija dak/dik li s-sigħat normali tax-xogħol tiegħu/tagħha, ikkalkulati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew fuq medja fuq perjodu ta’ impieg sa sena, huma inqas mis-sigħat normali ta’ xogħol tal-impjegat/impjegata komparabbli full- time u min mhux impjegat/impjegata full-time b'sigħat imnaqqsa.
​Mistoqsijiet​​​ ​​Tweġibiet​​​
Il-part-timers kollha huma intitolati għal drittijiet pro-rata?​​ Fi kwalunkwe xogħol part-time, kemm jekk huwa impieg prinċipali jew sekondarju, impjegat/impjegata part-time huwa/hija intitolat/intitolata għad-drittijiet kollha li jgawdi/tgawdi l-impjegat/impjegata full-time komparabbli, fuq bażi pro-rata.
​Kif jiġi kkalkulat id-dritt pro-rata?
Il-pro-rata hija l-proporzjon tan-numru ta' sigħat ta' kull ġimgħa maħduma mill-impjegat/impjegata part-time meta mqabbla man-numru tas-sigħat normali ta' kull ġimgħa maħduma minn impjegat/impjegata full-time li jwettaq/twettaq l-istess xogħol.
​​​
Eżempju: (Il-Vacation Leave ta' impjegat/impjegata full-time li jaħdem/taħdem 40 siegħa fil-ġimgħa huwa 208 siegħa fl-2019. Jekk l-imjpegat/impjegata huwa/hija part-time u jaħdem/taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa, id-dritt għal-Vacation Leave jinħadem pro-rata; huwa ta' 20/40 x 200 siegħa = 100 siegħa.)
SIGĦAT IMNAQQSA​
Deskrizzjoni
​L-impjegat/impjegata huwa/hija impjegat/impjegata fuq bażi full-time iżda għandu/għandha ftehim ma’ min iħaddem/tħaddem biex jaħdem/taħdem inqas sigħat għal perjodu speċifikat ta’ żmien.
​ ​
Mistoqsija
Tweġiba
​Min jista' jaħdem fuq il-bażi ta' sigħat imnaqqsa? ​Impieg full-time b'sigħat imnaqqsa huwa xogħol li fir-rigward tiegħu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali huma pagabbli u meta l-impjegat/impjegata jaqbel/taqbel ma' min iħaddmu, biex jaħdem/taħdem inqas sigħat, minn dawk maħduma minn full-timer komparabbli. F'tali każijiet, il-paga u drittijiet oħra għandhom jingħataw fuq bażi pro-rata.
TELEWORK
Deskrizzjoni
​​Impjegati li għandhom ftehim ma’ min iħaddem biex iwettqu d-dmirijiet b’mod remot fuq bażi regolari.
Mistoqsija
Tweġiba
Jista' jkun hemm arranġament għal impjegat/impjegata biex iwettaq/twettaq it-telework? Fejn min iħaddem jagħmel offerta ta' telework, l-impjegat/impjegata huwa/hija liberu/libera li jaċċetta/taċċetta jew jirrifjuta/tirrifjuta l-offerta. Jekk impjegat/impjegata jitlob/titlob biex iwettaq/twettaq ix-xogħol bit-telework, min iħaddem/tħaddem jista'/tista' jaċċetta/taċċetta jew jirrifjuta/tirrifjuta din it-talba. Filwaqt li t-telework huwa dejjem dipendenti fuq in-natura tax-xogħol imwettaq mill-impjegat/impjegata, l-arranġamenti tat-telework huma dejjem miftiehma bil-kunsens reċiproku ta’ min iħaddem/tħaddem u tal-impjegat/impjegata.​
PERJODI TA’ MISTRIEĦ
Deskrizzjoni
​It-tul tal-perjodi ta' mistrieħ.​
​​
Mistoqsijiet Tweġibiet
​Im​pjegat/Impjegata huwa/hija intitolat/intitlota li jistrieħ/tistrieħ pawżi matul il-ġurnata? Fejn il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal minn sitt sigħat, impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal mhux inqas minn ħmistax-il minuta ta' mistrieħ, sakemm perjodu itwal ta' mistrieħ ma jkunx provdut minn xi regolament jew ftehim ieħor. Tali waqfa ta' mistrieħ mhijiex ikkunsidrata bħala ħin tax-xogħol.​
Kemm għandu jingħata ħin ta’ mistrieħ minn ġurnata tax-xogħol għal oħra?​ ​Kull ħaddiem/ħaddiema huwa/hija intitolat/intitolata għal perjodu minimu ta' mistrieħ kuljum ta' 11-il siegħa konsekuttivi.
​Impjegat/Impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa? ​Minbarra l-mistrieħ ta' kuljum ta' 11-il siegħa, kull ħaddiem/ħaddiema huwa/hija intitolat/intitolata għal perjodu ta' mistrieħ bla interruzzjoni ta' kull ġimgħa ta':

ċ) Żewġ perjodi ta' 24 siegħa konsekuttivi kull wieħed fi żmien perjodu ta' 14-il jum.

Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi speċifikati mil-liġi, jista' jkun hemm il-possibbiltà għal ħaddiem/ħaddiema li ma jieħux/tieħux il-perjodu sħiħ ta' mistrieħ, sakemm perjodi ta' mistrieħ kumpensatorji ekwivalenti jingħataw lill-ħaddiem/ħaddiema ikkonċernat/a fi żminijiet immedjatament wara l-perjodi korrispondenti maħduma. 
​Huwa possibbli li l-perjodu ta' mistrieħ jiġi sostitwit b'kumpens monetarju? Le, ċirkustanza bħal din hija pprojbita mil-liġi.
​​

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta, 
VLT 1121
Ara l-mappa​
 Tele​fon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email