Lista ta' Formoli tal-Applikazzjoni

Lista ta' Formoli tal-Applikazzjoni


 Reġistrazzjoni ta' Trade Union jew Assoċjazzjoni ta' Prinċipali
 
It-twaqqif ta’ Trade Union ħielsa u Assoċjazzjoni ta' Prinċipali huwa aspett fundamentali fid-demokrazija industrijali. Trade Union jew Assoċjazzjoni ta' Prinċipali ġdida għandha tkun irreġistrata mar-Reġistratur tat-Trade Unions, skont l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-formola mimlija tiġi eżaminata mill-uffiċjali tar-Reġistratur tat-Trade Unions u jekk l-applikant jissodisfa l-kriterji stabbiliti minn qabel, it-Trade Union jew Assoċjazzjoni ta' Prinċipali ġdida tiġi uffiċjalment irreġistrata.

Ikklikkja [hawn] sabiex tapplika.​


 Dikjarazzjoni mill-Prinċipal
 
L-impjegati għandhom id-dritt li jiġu infurmati dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol bażiċi tagħhom. Il-prinċipal għandu jipprovdi tali informazzjoni fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol mill-ingaġġ, jekk il-perjodu tal-impieg jaqbeż xahar u jaqbeż tmien sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg qed jipprovdi dan il-kampjun ta' dikjarazzjoni biex iservi bħala gwida għall-prinċipal.
 
Ikklikkja [en] sabiex tniżżel il-kampjun ta' dikjarazzjoni.

​ 
 Għoti ta' Payslip

Kif stipulat fil-L.S. 452.116 “Regolamenti dwar Payslip Dettaljata”, mill-1 ta’ Jannar 2019, l-employer hu marbut li jagħti lill-impjegati tiegħu payslip dettaljata qabel jew fid-data li fiha jkun dovut li tingħata l-paga.

Ikklikkja [en​] sabiex tniżżel il-kampjun ta' payslip.
 
 
 Notifika ta' Impjegat Stazzjonat f’Malta
 
Impjegat Stazzjonat f’Malta ta’ azjenda barranija li normalment ma jkunx jahdem f’Malta imma li għal perjodu ta’ żmien limitat jintbagħat minn azjenda barranija biex jaħdem f’Malta. F’kull każ ta’ stazzjonar f’Malta, l-ażjenda li tistazzjona l-impjegat f’Malta hija obbligata li tinnotifika lid-Direttur tal-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijal bl-intenzjoni tagħha li tistazzjona impjegat f’Malta. Malli tiġi rċevuta, in-notifika tiġi ffajljata mill-uffiċjali tat-Taqsima tar-Reġistru tal-Ispettorat.
 
Ikklikkja [en​] sabiex tapplika.

 
 Talba għall-Awtorizzazzjoni għal Xogħol ta’ Minuri
 
L-impjieg ta’ minuri huwa kwistjoni sensittiva ħafna b'mod partikolari fejn jidħlu kunċetti bħall-edukazzjoni u s-saħħa u s-sigurtà. Il-liġi tipprovdi ċerti kriterji li għandhom jiġu sodisfatti qabel ma minuri jiġi impjegat, fejn ikun meħtieġ ukoll li tinkiseb l-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi u l-approvazzjoni tad-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg. Ladarba tiġi rċevuta, il-formola mimlija tiġi evalwata u sakemm ma jinstabux oġġezzjonijiet id-Direttur joħroġ l-approvazzjoni relatata.
 
Ikklikkja [en​] jew [mt​​​​​] sabiex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni.
 
 
 Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impieg jew Negozju tal-Impieg
 
Il-funzjoni tal-aġenziji tal-impjieg hija li tiġbor persuni li qed iffittxu impieg u tqabbel il-kapaċitajiet tagħhom mal-opportunitajiet ta’ xogħol vakanti. Sabiex topera, Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju teħtieġ liċenzja maħruġa mid Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.  Il-formola mimlija tiġi evalwata mill-uffiċjali inkarigati u sakemm ma jinstabux oġġezzjonijiet, id-Direttur joħroġ iċ-ċertifikat tal-liċenzja.
 
Ikklikkja [en​] jew [mt​​] sabiex tniżżel il-verżjoni pdf jew ikklikkja [verżjoni onlajn​ - teħtieġ Login tal-e-ID] sabiex taċċessa l-formola tal-applikazzjoni online.

 

​DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem​​​

 Email
info.dier@gov.mt