Deskrizzjoni tal-Impieg

Deskrizzjoni tal-Impieg


Il-liġi ma timponix obbligu fuq il-prinċipal li jforni lill-impjegat deskrizzjoni tal-impieg. Madankollu, hija prattika tajba peress li dan jista' jnaqqas tilwim dwar il-kontenut tax-xogħol fi stadju aktar tard.

Huwa importanti li wieħed jinnota li x-xogħol li huwa mitlub li jwettaq l-impjegat għandu jkun relatat mat-titolu tal-impieg tiegħu kif miftiehem fil-kuntratt tal-impieg. Id-deskrizzjoni tal-impieg isservi għal dan l-iskop.