Perjodu ta' Probation

Perjodu ta' Probation


​Id-definizzjoni ta' Probation

Il-Probation huwa perjodu stabbilit fil-bidu tax-xogħol li matulu l-impjegat ikun evalwat mill-prinċipal għall-idoneità tiegħu għax-xogħol u l-impjegat jiddeċiedi jekk jixtieqx ikompli jaħdem f'dak l-impjieg partikolari. Waqt il-probation kull parti tista’ ttemm l-impjieg mingħajr ma tagħti ebda raġuni, sakemm jingħata avviż ta' ġimgħa jekk l-impjieg jaqbeż perjodu ta’ xahar. Il-perjodu ta' prova kollu huwa pagabbli skont il-paga miftiehma, li m'għandux ikun inqas minn dak li huwa provdut mil-liġi (Irreferi għall-Artikolu 36 tal-EIRA​).


 
Tul tal-perjodu ta' Probation

L-ewwel sitt (6) xhur ta’ kull impjieg taħt kuntratt ta' servizz għandu jkun l-impjieg ta' prova sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor miż-żewġ partijiet għal perjodu ta' prova iqsar. L-ebda raġuni ma hi meħtieġa sabiex jintemm impjieg taħt il-perjodu ta' prova għalkemm għandu jingħata avviż ta’ ġimgħa (1) minn kull parti jekk il-kuntratt ta' servizz ikun ser jintemm wara xahar.

Fil-każ ta’ kuntratt ta' servizz, jew ftehim kollettiv, fir-rigward ta' impjegati li jkollhom karigi tekniċi, eżekuttivi, amministrattivi jew maniġerjali u li l-pagi tagħhom huma tal-anqas id-doppju tal-paga minima stabbilita f'dik is-sena, il-perjodu ta' prova ikun ta' sena sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor (għal perjodu iqsar) fil-kuntratt ta' servizz jew fil-ftehim kollettiv.

Il-perjodu ta' prova ma jistax jiġi estiż lil hinn mill-perjodu massimu permess mill-liġi. Fejn il-prinċipal u l-impjegat jaqblu fuq perjodu iqsar, tali perjodu jkun vinkolanti bil-liġi u jista’ jkun estiż sal-limitu massimu kontemplat bil-liġi jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li jagħmlu dan.


​Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl-10/04/2019.

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem

 Email