Deskrizzjoni tal-Impieg

Deskrizzjoni tal-Impieg

F’konformità mar-‘Regolament 5(1) tar-Regolamenti tal-2022 dwar Kondizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli’ (L.N. 267 tal-2022), l-impjegaturi huma obbligati li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni ta’ impjieg u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiem bil-miktub. Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll it-titolu tal-impjieg jew tal-grad li l-ħaddiem se jingħata l-kompitu li jwettaq flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tax-xogħol.

Huwa importanti li wieħed jinnota li x-xogħol li huwa mitlub li jwettaq l-impjegat għandu jkun relatat mat-titolu tal-impieg tiegħu kif miftiehem fil-kuntratt tal-impieg. Id-deskrizzjoni tal-impieg isservi għal dan l-iskop.​