Sezzjonijiet

Sezzjonijiet


Id-​Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jirregola b’mod bilanċjat il-kuntratti tax-xogħol, biex jiġi żgurat li kemm il-ħaddiem kif ukoll il-prinċipal josservaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Id-Dipartiment jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u  joffri l-aħjar protezzjoni lil dawk il-ħaddiema li l-kuntratt tal-impieg tagħhom ikun gie tterminat. L-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (EIRA) flimkien mal-Ordnijiet ta’ Standard Nazzjonali u l-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi huma il-legiżlazzjoni li tirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

It-taqsimiet tal-Ispettorat u tat-Terminations għandhom funzjoni fundamentali fid-Dipartiment u jinsabu fNru. 109 Triq Melita, Valletta. Dawn it-taqsimiet jieħdu ħsieb li jkunu osservati r-regolamenti tal-EIRA u li jsir l-infurzar tagħhom.
 
» It-Taqsima tal-Ispettorat tipprovdi servizz ta’ customer care fil-pront lil dawk kollha li jiġu bżonn assistenza fuq kondizzjonijiet tax-xogħol. Jitwettqu spezzjonijiet f’postijiet tax-xogħol, sabiex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol jkunu qed jiġu osservati kif stabbilit fil-liġi.
 
» It-Taqsima tat-Terminations tittratta każijiet ta’ terminazzjoni tal-impiegi u tirreferi għall-qorti każijiet li ma jkunux ġew solvuti bonarjament.
 
Iż-żewġ taqsimiet normalment ikunu impenjati bis-sħiħ biex jaqdu l-klijenti hekk kif l-uffiċjali kollha involuti jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jipprovdu servizz effettiv. Statistika dwar is-servizz li tirreferi għall-ewwel sitt xhur tal-2009 tindika li bħala medja resqu 18 il-persuna kuljum biex jinqdew f’dawn iż-żewġ taqsimiet filwaqt li l-medja tal-ħin ta’ stennija kienet 8.49 minuti. Huwa stmat li madwar 1,800 talba għas-servizz oħra jiġu rċevuti kull xahar permezz tat-telefown.
 
» Il-ħinijiet tal-ftuħ tat-taqsimiet tal-Ispettorat u tat-Terminations huma kif ġej:

  ​​​Sajf (1​6 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru )​ ​08:00 hrs – 12:00 hrs (nofsinhar)
  Xitwa (1 t’Ottubru - 15 ta’ Ġunju) barra kull nhar ta' Erbgħa ​​08:00 hrs – 15:30 hrs
​  Fix-Xitwa kull nhar ta' Erbgħa (1 t'Ottubru - 15​ ta' Ġunju) ​08:00 hrs – 12:00 hrs (nofsinhar)
​ 

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email