Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg jipprovdi l-informazzjoni kollha rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol lill-pubbliku ġenerali. Il-klijenti huma mħeġġa jiċċekjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif indikati f’din il-website. L-informazzjoni kollha ppubblikata tirrifletti ilmenti komuni u hija sors ta’ informazzjoni kemm għall-impjegat kif ukoll għall-prinċipal.
Tista’ tingħata informazzjoni wkoll billi żżur personalment l-uffiċċju tad-Dipartiment jew permezz tat-telefown jew e-mail. L-uffiċjali tal-customer care fit-taqsima tal-Enforcement huma lesti jgħinuk u jtuk l-informazzjoni li teħtieġ.
» Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:
Kull informazzjoni tiġi provduta skont kif stipulat fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali filwaqt li tkun meqjusa il-prattika tal-kwistjoni.