Ordni li Tirregola il-Pagi (WRO) hija leġislazzjoni sussidjarja li toħroġ mill-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li tirregola ċertu kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati li jaħdmu f’xi settur speċifiku tal-industrija. Fil-preżent, hawn fis-seħħ 31 WRO. Il-kundizzjonijiet speċifikati f’dawn l-Ordnijiet jinkludu – is-sigħat massimi tax-xogħol, il-pagi minimi, ir-rati tas-sahra, il-leave għall-mard, il-leave speċjali, eċċ.
Ikklikja HAWN għal aktar informazzjoni dwar l-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi