IVF Leave

IVF Leave

Ġenituri prospettivi li ser jirċievu proċessi ta’ prokreazzjoni medikament assistiti huma intitolati għal mitt siegħa leave bejniethom bla telf ta’ ħlas mill- imgħallem, u l- intitolament huwa separat minn kwalunkwe tipi t’ intitolamenti ta’ leave oħrajn. Dan japplika irrispettivament jekk il- proċeduri isirux Malta jew barra minn Malta.

 Jekk iż- żewġ ġenituri prospettivi huma fl- impjieg, il- ġenitur prospettiv li ser ikun l- persuna riċevitur huwa intitolat għal sittin siegħa ta’ leave, filwaqt li l- ġenitur l- ieħor prospettiv  huwa intitolat għal erbgħin siegħa ta’ leave, u jistgħu jeħduhom fl- istess żmien kemm jekk jaħdmu ma’ imgħallmin differenti u kemm jekk jaħdmu mal- istess imgħallem. Jekk wieħed mill- ġenituri prospettivi biss huwa fl- impjieg, is- sigħat tal- leave jittieħed skont jekk ikunx ir- riċevitur (sittin siegħa) jew le (erbgħin siegħa).

 Il- ġenitur prospettiv għandu jipprovdi evidenza lill- imgħallem jekk hux ser ikun ir- riċevitur jew le, u evidenza tal- istat tal- impjieg tal- ġenitur prospettiv l- ieħor.

L- intitolament tal- mitt siegħa leave għal prokreazzjoni medikament assistita bla telf ta’ ħlas għandha tingħata għal kull proċess, sa massimu ta’ tlett proċessi.

Impjegat li ser juża dan it- tip ta’ leave għandu jinforma lill- imgħallem bil- miktub tal- inqas minn ġimaħgtejn qabel jintuża, u għandu jinkludi ċertifikat bil- miktub mill- professjonist mediku li jkun ser jieħu ħsieb il- proċess mediku.