Leave tal-Kwarantina

Leave tal-Kwarantina

X’inhu leave tal-kwarantina?​

Il-leave tal-kwarantina huwa intitolament speċjali ta’ leave li japplika għall-impjegati li ġew ordnati joqgħodu kwarantina mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jew Awtoritajiet oħra. Il-leave tal-kwarantina għandu jingħata bħala addizzjoni għal kwalunkwe intitolament ta’ leave ieħor, peress li mhuwiex relatat ma’ vacation leave imħallas. Fil-każ t’impjieg part-time u bi tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, il-leave tal-kwarantina għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ pro-rata.

 X’inhi d-differenza bejn il-leave tal-kwarantina u sick leave?

Meta impjegat jittestja pożittiv għal-Covid-19, hu/hi għandhom jitqiesu bħala sick, u għalhekk irid jintuża s-sick leave. Jekk impjegat jimrad waqt li hu/hi qegħda taħt ordni ta’ kwarantina, l-impjegat għandu jitpoġġa fuq sick leave sakemm tgħaddilu l-marda. Jekk l-impjegat ikollu jibqa’ taħt kwarantina malli tgħaddilu l-marda, l-impjegat jerġa’ jitpoġġa fuq leave tal-kwarantina. L-eżempju t’ hawn ser jgħin biex jikkjarifika s-sitwazzjoni:

Joe ingħata ordni ta ’kwarantina wara li ibnu Paul, li jaħdem u għadu jgħix mal-ġenituri tiegħu, ittestja pożittiv għall-Covid-19. Joe ġie ttestjat għall-virus, u ttestja negattiv. Hawnhekk kemm Joe u kemm Paul iridu jirispettaw ordni ta’ kwarantina, imma filwaqt li Joe qiegħed fuq leave tal-kwarantina, Paul qiegħed fuq sick leave minħabba li ma jiflaħx bil-virus. Jekk eventwalment Joe jittesjtja pożittiv għall-virus, hu ser jitpoġġa fuq sick leave għall-perjodu li jkun pożittiv għall-Covid-19.

 Meta impjegat ikun marid, l-intitolament tas-sick biss japplika. Għalhekk, sempliċiment ordni ta’ kwarantina ma tippermettix lil min iħaddem ipoġġi lill-impjegat fuq sick leave.

Huwa rrakomandat li l-impjegat jippreżenta ċ-ċertifikati mediċi matul il-perjodu ta’ mard anke wara li s-sick leave imħallas ikun ntuża kompletament.

 Kif inhuma mħallsa l-impjegati waqt leave tal-kwarantina?

Kif provdut f’ S.L., il-leave tal-kwarantina għandu “jingħata lill-impjegati bla telf ta’ ħlas”. Dan ifisser li meta impjegat full-time ikun mpoġġi taħt kwarantina għandu jingħata l-ħlas sħiħ għall-perjodu li jkun taħt ordni ta’ kwarantina – dan jeskludi ħaddiema li ġew pożittivi għall-virus. Fil-kaz ta’ part-timers, l-istess prinċipju japplika, u l-paga għandha tiġi kkalkulata pro-rata.

Ordni ta’ kwarantina tista’ tiġi imposta biss mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jew minn Awtorità pubblika li għandha dan it-tip ta’ poter legali. Għalhekk, l-imgħallem ma jistax jimponi perjodu addizzjonali ta’ kwarantina fuq impjegat jekk il-perjodu tal-ordni ta’ kwarantina uffiċjali spiċċa.

 Malli tintrefa l-ordni ta’ kwarantina ta’ Paul mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, l-imgħallem ma jistax iwaqqaf lil Paul milli jirritorna għax-xogħol bħala prekawzjoni. L-imgħallem ta’ Paul jista’ jirriverti għal forced leave; madanakollu Paul jista’ jikkontesta r-raġuni li ta l-imgħallem sabiex jiġi applikat forced leave.

ls-salarji pagabbli waqt perjodu ta’ leave tal-kwarantina tinkludi l-intitolament statutorji kollha (festi pubbliċi, bonusijiet, eċċ).