Leave għal Korriment

Leave għal Korriment


L-impjegati kollha huma intitolati għal perjodu massimu ta' sena ta’ leave għal korriment b'paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta' kull benefiċċju għal korriment li dak l-impjegat jista’ jkollu dritt għalih skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta' dmirijietu u mhux minħabba negliġenza kontributorja mill-parti tiegħu jew minħabba xi ksur ta' regoli tas-sigurtà stabbiliti mill-prinċipal. Waqt il-perjodu ta’ leave għal korriment, il-vacation leave u l-bonuses jakkumulaw kull meta impjegat ikun fi stadju li jirċievi l-paga. Dan l-intitolament huwa regolat mill-Ordni li tirregola l-Pagi (WRO) rilevanti u bl-L.S. 452.101- Regolamenti dwar Dritt Minimu ta' Leave Speċjali​.

 

​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​

​Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl-12/05/2020.