L-impjegati kollha għandhom dritt għal leave għal luttu bi ħlas, fl-okkażjoni tal-mewt ta' membru qrib tal-familja. L-intitolament jista’ jvarja skont l-Ordni li tirregola l-Pagi (WRO). Impjegati li jaħdmu f’attivitajiet ta' xogħol li mhumiex regolati minn xi WRO, huma intitolati għal ġurnata xogħol ta' leave għal luttu kif stipulat fl-
A.L. 432 tal-2007 - Regolamenti dwar Dritt Minimu ta' Leave Speċjali. Id-dritt għal leave għal luttu japplika biss fir-rigward tal-qraba li ġejjin: Mart, ir-raġel, l-omm, il-missier, l-iben, il-bint, ħu jew oħt l-impjegat, persuna li tkun fil-kustodja tal-impjegat u persuna li għandha jew kellha l-kustodja tal-impjegat.