L-ammont ta' sick leave ivarja sostanzjalment skont l-Ordni li tirregola l-Pagi (WRO) tas-settur speċifiku tal-industrija. Informazzjoni dettaljata tista' tinstab fil-
Pakkett tar-Riżorsi tad-Dipartiment. Fejn it-tip ta’ attività ta' xogħol ma tkunx regolata minn WRO, id-dritt tas-sick leave ta’ impjegat jammomta għal ġimgħatejn ta’ xogħol kull sena (ikkalkolat f'sigħat) kif stipulat fl-
L.S. 452.101 - Regolamenti dwar Dritt Minimu ta' Leave Speċjali.
F’każ ta’ mard, għandu jiġi ppreżentat ċertifikat mediku lill-prinċipal. Jekk l-assenza mix-xogħol ma tiġix koperta minn ċertifikat mediku, arranġamenti oħra (bħall-applikazzjoni għall-vacation leave) għandhom jiġu kkunsidrati.
Il-prinċipal huwa meħtieġ biss li joħroġ il-pagi għall-ammont tad-dritt tas-sick leave previst mil-liġi. Jekk impjegat jibqa' marid wara li jkun eżawrit l-intitolament tas-sick leave, ikompli jirċievi biss il-benefiċċju tal-mard mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jista' jkun intitolat għalih.