Leave tal-persuni li jindukraw

Leave tal-persuni li jindukraw


L- impjegati kollha huma intitolati għal- leave tal- persuni li jindukraw bla ħlas ta’ ħamest ijiem (5) tax-xogħol fis-sena sabiex jipprovdu indukrar jew appoġġ personali għal raġuni medika serja f’ dawn il- każijiet:

  •  lil qarib
  • persuna li tgħix fl-istess dar mal-ħaddiem

 

Prova medika għandha tiġi preżentata illi l-qarib jew persuna illi tgħix fl-istess dar mal-ħaddiem, illi minħabba fih jew fiha intalab leave tal-persuni li jindukraw, qiegħed jew qiegħda tbati minn marda u teħtieġ kura u appoġġ.

 

Dan id-dritt huwa rregolat mir- Regolamenti tal-2022 dwar il-Bilanċbejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw​.


​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​

​Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl- 12/05/2020. 

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email