Kemm ħaddiema rġiel kif ukoll nisa għandhom
id-dritt individwali li jingħataw leave tal-ġenituri fil-każ ta' twelid,
adozzjoni, fostering jew kustodja legali
ta' tifel biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb dak il-wild.
L- intitolament tal- leave tal- ġenituri huwa ta’ erba’
(4) xhur għal kull ġenitur sakemm it-tifel jew tifla jagħlqu t-tmien (8) snin.
Il-leave
tal-ġenituri għandu jitħallas għall-perjodu ta’ xahrejn (2) ( 8 ġimgħat), bl-istess rata stabbilita għall-intitolament
għall-benefiċċjutal-mard taħt l-Att
dwar is-Sigurtà Soċjali,
u għandu jittieħed f’
perjodi tal- inqas ġimgħatejn.
Kif jitħallas il- leave
tal- ġenituri għal kull ġenitur jiddependi skont l- età tal- wild jew l- ulied
illi għalihom applikaw għal- leave tal- ġenituri, u għandu jitħallas b’ dan il- mod:
(a) Jekk il- wild jew l-
ulied illi għalih jew għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri ma jkunx għadu
jew għadhom , għalaq jew għalqu l- erba’ (4) snin = jitħallas ħamsin fil-mija
(50%) tal-intitolament (4 ġimgħat);
(b) Jekk il- wild jew l- ulied illi għalih jew
għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu l- erba’ snin (4), iżda ma
jkunx għadu jew għadhom , għalaq jew għalqu l- età ta’ sitt (6) snin = jitħallas
ħamsa u
għoxrin fil-mija (25%)
tal-intitolament (ġimagħtejn);
(ċ) Jekk il- wild jew l- ulied illi għalih jew
għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri jkun
jew ikunu għalaq jew għalqu sitt
snin (6), iżda ma jkunx għadu jew għadhom , għalaq jew għalqu l- età ta’
sa tmien (8) snin = jitħallas ħamsa u
għoxrin fil-mija (25%)
tal-intitolament (ġimgħatejn).
Fil- każ ta’
leave tal-ġenituri illi jingħata
lil foster carers, ir-rata ta’
pagament għandha tkun kif
spjegat hawn fuq, iżda l-pagament jingħata għal kull ġenitur illi japplika
għal-leave tal-ġenituri u mhux għal
kull wild li jiġi fostered.
Il- ħaddiem irid ikun ilu jaħdem mal-istess prinċipal
għal perjodu kontinwu ta’ mill-anqas tnax (12)-il xahar sabiex ikun eliġibbli
biex japplika għal- Leave tal- Ġenituri, sakemm perjodu iqsar ma jkunx ġie
miftiehem.
ll- prinċipal obbligat iżomm rekord tal-leave tal-ġenituri
mogħti lil kull ħaddiem.
Il- ħaddiem jista’ jagħmel
talba bil- miktub sabiex jingħata rendikont ta’ din l- informazzjoni. Ir-
rikjesta tista’ ssir ukoll wara t-terminazzjoni
tal-impjieg. Il- prinċipal għandu
jgħaddi dikjarazzjoni bil-miktub tal-leave fi żmien ġimagħatejn
(2) mit-talba.
Dan id-dritt huwa rregolat mir- Regolamenti tal-2022 dwar il-Bilanċbejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw.