Għoti ta' Payslip

Għoti ta' Payslip


L-obbligu li tingħata payslip dettaljata –


​Mill-1 ta’ Jannar 2019, l-employer hu marbut li jagħti lill-impjegati tiegħu payslip dettaljata qabel jew fid-data li fiha jkun dovut li tingħata l-paga. 

Il-payslip għandha tinkludi –

  • l-isem tal-employer u tal-impjegat, 
  • l-indirizz tal-employer
  • it-titlu tal-pożizzjoni tal-impjegat, 
  • is-somma totali tal-pagi mħallsa  u  l-breakdown  tagħha, 
  • il-perjodu  li  fir-rigward  tiegħu  l-kontenut tagħha jirrelata, 
  • in-numru  ta’  sigħat  normali  maħduma  inklużi dawk maħduma fil-ġurnata tal-Ħadd jew fi btala pubblika meta dan ikun parti mis-sigħat skedati normali tax-xogħol;
  • in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime jew b’rata speċjali klassifikati bħala dawk li nħadmu barra s-sigħat ta’ xogħol f’ġurnata jew fil-ġimgħa, sigħat maħduma l-Ħadd jew fi btala pubblika;
  • in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu u l-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
  • pagi bażiċi riċevuti;
  • breakdown  ta’  kwalunkwe bonuses, allowances jew commissions riċevuti; u
  • kwalunkwe    tnaqqis    effettwat,    inklużi kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ Leave għall-Mard, l-impjegat għandu jkollu d-dritt li jitlob sa massimu ta’ erba’ darbiet fis-sena, l-entitlement ta’ leave għall-mard u n-numru ta’ sigħat li l-impjegat li ikun ħa bħala leave għall-mard f’sena kalendarja. L-employer huwa obbligat li jagħti din l-informazzjoni bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba. ​

Jekk employer jonqos milli jagħti payslip dettaljata, l-employer stess ikollu l-obbligu li jippreżenta prova li tiskoplah mingħajr ebda dubju minn kwalunkwe responsabbiltà. Barra minn hekk, fejn ikun hemm żewġ payslips differenti għall-istess perjodu, tipprevali dik il-payslip li tkun l-aktar favorevoli għall-impjegat ikkonċernat. 


Ikklikkja hawn​ sabiex tniżżel il-kampjun ta' payslip.


Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl- 10/04/2019.

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email