Paga Minima Nazzjonali

Paga Minima Nazzjonali

Kemm hi l-paga minima tas-sena kurrenti?

Għas-sena 2023il-paga minima nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegati whole-time hi:

 ​Età ta’ 18-il sena u aktar​ ​​€192.73*​
 ​Età ta’ 17-il sena ​€185.95
Taħt is-17-il sena ​€183.11

Jeżistu pagi minimi oħra li huma applikabbli għal xogħlijiet differenti f’setturi industrijali speċifiċi. Kull impjegat huwa intitolat għal bonus statutorju u l-weekly allowance.

* Ma’ għeluq sena fl-impieg mal-istess prinċipall-impjegati jkunu intitolati għal żieda mandatorja ta’ €3 kull ġimgħau ma’ għeluq it-tieni sena fl-impieggħal żieda addizzjonali ta’ €3 oħra kull ġimgħaIż-żidiet għandhom jitħallsu lill-impjegati fuq bażi pro-rata.

Ftehim Nazzjonali dwar il-Paga Minima Nazzjonali ffirmat mill-Imsieħba Soċjali fit-28 ta’ April 2017 u effettiv permezz tal-Avviż Legali Nru.144 tal-2017.


1.  Impjegati illi jitħallsu l-paga minima fil-ġimgħa jew paga ekwivalenti għall-paga minima, għandhom, mat-tlestija tal-ewwel sena fl-impieg mal-istess prinċipal, ikunu intitolati għal suppliment mandatorju kif ġej:


     (a) tliet ewro (€3) fil-ġimgħa li jibdew jitħallsu mill-bidu tat-tieni sena fl-impieg biex il-paga bażika tal-impjegat konċernat tkun il-paga minima fil-ġimgħa ttoppjata bi tliet ewro (€3); u

     (b) mat-tlestija tat-tieni sena, għal tliet ewro (€3) oħra fil-ġimgħa li jibdew jitħallsu mill-bidu tat-tielet sena fl-impieg biex il-paga bażika tal-impjegat konċernat tkun, minn dik is-sena ’il quddiem, il-paga minima fil-ġimgħa ttoppjata b’sitt ewro (€6).


2.   Impjegati illi huma mħallsa aktar mill-paga minima fil-ġimgħa, sew jekk bis-saħħa ta’ xi liġi, regolament jew ordni, jew bis-saħħa ta’ xi kuntratt ta’ impieg, għandhom, mat-tlestija tal-ewwel sena ta’ impieg mal-istess prinċipal, ikunu intitolati għal dak il-porzjon tas-supplimenti mandatorji kif imsemmija fil-punt numru 1 hawn fuq sabiex il-paga minima fil-ġimgħa tagħhom ittopjata bl-ammonti msemmija ma taqbiżx il-paga minima fil-ġimgħa.


3.  Dawk l-impjegati illi, fit-28 ta’ April 2017, kienu diġà lestew minn tal-inqas sena fl-impieg mal-istess prinċipal u li jitħallsu l-paga minima fil-ġimgħa jew li jitħallsu paga fil-ġimgħa ekwivalenti għal paga minima, għandhom ikunu intitolati għas-supplimenti mandatorji kif imsemmija fil-punt 1 hawn fuq kif ġej:                                                

  ​ (a) b’effett mill-ewwel (1) ta’ Jannar tal-2017, it-tali impjegati għandhom ikunu intitolati għall-aġġustament ta’ tliet ewro (€3) fil-ġimgħa skont punt numru 1;

     (b) fis-sena 2018, it-tali impjegati għandhom ikunu intitolati għall-aġġustament sa massimu ta’ tliet ewro (€3) fil-ġimgħa skont punt numru 1; u

      (ċ) fis-sena 2019, it-tali impjegati għandhom ikunu intitolati għall-bilanċ biex jilħqu b’kollox iż-żieda ta’ sitt ewro (€6) fil-paga minima tagħhom, sakemm l-impjegati f’dik is-sena jkunu ilhom fl-impieg mal-istess prinċipal, minn tal-anqas tliet snin.


4.   Il-kliem "impieg mal-istess prinċipal" għandu jfisser impieg mal-prinċipal illi kien ingaġġah oriġinarjament u jinkludi entitajiet oħra fl-istess group of companies li minnhom jagħmel parti l-prinċipal.


5.   Impjegat li huwa intitolat għas-supplimenti mandatorji skont dan il-ftehim u li huwa ingaġġat b’kuntratt ta’ impieg definit skont l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew skont xi leġislazzjoni sussidjarja maħruġa taħtu, ma għandux, mal-iskadenza tal-kuntratt definit ta’ impieg tiegħu, ikun sostitwit b’impjegat ieħor sal-massimu ta’ sena mid-data tal-iskadenza tal-kuntratt sakemm il-prinċipal ma jinfurmax lill-impjegat illi hemm raġuni ġusta u suffiċjenti illi jiġi sostitwit u ma jgħidx speċifikament dik ir-raġuni ġusta u suffiċjenti x’inhi bil-miktub; 

    

     Fir-rigward ta’ impjegat intitolat għas-supplimenti mandatorji skont  dan  il-ftehim  u  li  huwa  ingaġġat b’kuntratt ta’ impieg definit skont l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew skont xi leġislazzjoni sussidjarja maħruġa taħtu, jekk, fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-ewwel kuntratt ta’ impieg, it-tali impjegat jiġi offrut kuntratt ieħor ta’ żmien fiss, iż-żewġ perjodi għandhom jiġu kkunsidrati bħala perjodu wieħed kontinwu."​


​Eżempju 1​​ ​​
​​​​​Data tal-bidu ta' l-impjieg  06.12.2014 ​
​Paga Minima 2017 ​ ​€169.76 ​
​Paga li qed jirċievi l-ħaddiem fl-2017​ ​€169.76​ ​
​​​​ ​ ​ ​
​Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​​
​Żieda Paga Min ​COLA Suppliment​
2017
€169.76 €3.00​​ €172.76 effettiva mill-01.01.2017
​2018 ​€172.76 ​€3.00 ​€1.75 ​€1.00 ​€178.51 effettiva mill-01.01.2018
​2019 ​€178.51 ​​€2.33 €1.00​ ​€181.84 effettiva mill-01.01.2019
2020 €181.84​ €3.49​ €185.33 effettiva mill-01.01.2020​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Eżempju 2​​
​​​​Data tal-bidu ta' l-impjieg  06.12.2014 ​
Paga Minima 2017 
€169.76
​​​Paga li qed jirċievi l-ħaddiem fl-2017 €170.76​ ​
​ ​​ ​​ ​
​​​​​​Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​​Żieda Paga Min​
COLA ​Supplimen​t​ ​
​2017 €170.76 €2.00 €172.76 effettiva mill-01.01.2017
​2018 ​€172.76 ​€3.00 ​€1.75 ​€1.00 ​€178.51 effettiva mill-01.01.2018
​2019​ ​€178.51 ​€0.00 ​€2.33 €1.00​ ​€181.84 effettiva mill-01.01.2019​
​2020 €181.84​ €3.49​ €185.33 effettiva mill-01.01.2020​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
​​​​​Eżempju 3​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
​Data tal-bidu ta' l-impjieg  01.03.2016 ​
​​Paga Minima 2017  €169.76 ​
​​Paga li qed jircievi l-ħaddiem fl-2017 €169.76​ ​
​ ​​ ​ ​​ ​
​​​​​Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​​​​Żieda Paga Min COLA
Suppliment​​ ​
​2017 €169.76 ​€2.54 ​€172.​30 effettiva mill-01.01.2017​
2018
€172.30 €1.75
€1.00 €175.05 pagabbli mill-01.01.2018
2018
​€175.05 ​€2.54 €177.59 effettiva mill-01.01.2018, pagabbli mill-01.03.2018
​2019 ​€177.59 €0.92 ​€2.33 €1.00​ €181.84 effettiva mill-01.01.2019, pagabbli mill-01.03.2019
​2020 €181.84​ €3.49​ ​€185.33 effettiva mill-01.01.2020, pagabbli mill-01.03.2020
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​​
Eżempju 4 ​​ ​​ ​
Data tal-bidu ta' l-impjieg 
01.03.2016 ​
​​Paga Minima 2017  €169.76​
​​​​​Paga li qed jircievi l-ħaddiem fl-2017​ €170.76​ ​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
​Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​Żieda Paga Min ​COLA ​Suppliment​​ ​
​2017​ €170.76 €1.69 €172.45 effettiva mill-01.01.2017
​2018 ​€172.45 ​€1.75 ​€1.00 ​€175.20 pagabbli mill​-01.01.2018​
​2018 ​€175.20 ​​€2.54​
​€177.74 effettiva mill-01.01.2018, pagabbli mill-01.03.2018
​2019 ​€177.74 €2.33​ €1.00​ €181.07 effettiva mill-01.01.2019,​
​2019 ​€181.07 ​€0.77 ​€181.84 pagabbli mill-01.03.2019
​2020 €181.84​ €3.49​ €185.33 pagabbli mill-01.03.2020​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​
​​​​​​Eżempju 5​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Data tal-bidu ta' l-impjieg
​01.05.2016 ​
​​Paga Minima 2017  ​€169.76 ​
Paga li qed jircievi l-ħaddiem fl-2017
€169.76​
​ ​​ ​​ ​​ ​​​ ​
​​​​​Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​Żieda Paga Min​ ​COLA ​​Suppliment​​​ ​
​2017 €169.76​
€3.00 ​€172.76 effettiva mill-01.05.2017
​2018 ​€172.76 ​€1.75 €1.00 €175.51 pagabbli mill-01.01.2018​
​2018 ​€175.51 €3.00 €178.51 effettiva mill-01.05.2018
​2019 ​€178.51 ​€2.33 €1.00​ €181.84 pagabbli mill-01.01.2019​
​2020 €181.84​ ​€3.49 €185.33 pagabbli mill-01.01.2020​
​ ​​ ​​​ ​​ ​​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Eżempju 6
​​Data tal-bidu ta' l-impjieg  ​01.05.2016 ​
Paga Minima 2017
​€169.76 ​
​​​Paga li qed jirċievi l-ħaddiem fl-2017 ​€170.76​ ​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
Żieda Paga Min​
​COLA ​​ ​​Suppliment​​​​ ​
​2017 ​€170.76 ​€2.00 ​€172.76 effettiva mill-01.05.2017
​2018 ​€172.76 ​€1.75 ​€1.00 €175.51 pagabbli mill-01.01.2018​
​2018 ​€175.51 ​€3.00 €178.51 effettiva mill-01.05.2018
​2019 ​€178.51 ​€2.33 €1.00​ ​€181.84 pagabbli mill-01.01.2019
​2020 €181.84​ €3.49​ €185.33 pagabbli mill-01.01.2020​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​ ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​
Eżempju 7​ ​​ ​​ ​​ ​​
​​​​​​Data tal-bidu ta' l-impjieg​ ​06.12.2017
​​​Paga Minima 2017 
€169.76 ​
Paga li qed jirċievi l-ħaddiem fl-2017
​€169.76 ​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid ​ ​
​Żieda Paga Min​​ ​COLA Suppliment​​​​​ ​
​2017 ​€169.76
​2018 ​€169.76 ​€1.75 ​€1.00 €172.51 pagabbli mill-01.01.2018
​2018 ​€172.51 ​€3.00 €175.51 effettiva mill-07.12.2018
​2019 €175.51​ €2.33​ €1.00​ €178.84 pagabbli mill-01.01.2019​
​2019 ​€178.84 ​€3.00 €181.84 effettiva mill-07.12.2019
2020 €181.84​ €3.49​ €185.33 effettiva mill-01.01.2020​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​​
​​Eżempju 8 ​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
​​Data tal-bidu ta' l-impjieg​ ​06.12.2017 ​​
​​Paga Minima 2017
​€169.76 ​
​​​Paga li qed jirċievi l-ħaddiem fl-2017 ​€170.76​ ​
​ ​​ ​​ ​​ ​​ ​
Pagi hekk kif ġew riveduti permezz tal-ftehim il-ġdid
​Żieda Paga Min​​
​COLA ​​Suppliment​​​​​​ ​
​2017 ​€170.76
​2018 ​€170.76 ​€1.75 ​€1.00 €173.51 pagabbli mill-01.01.2018
​2018 ​€173.51 ​€2.00 ​€175.51 effettiva mill-07.12.2018
​2019 ​€175.51 €2.33​ €1.00​ €178.84 pagabbli mill-01.01.2019​
​2019 ​€178.84 ​€3.00 ​​ ​€181.84 effettiva mill-07.12.2019​
​2020 ​€181.84 €3.49​ €185.33 effettiva mill-01.01.2020​

Impjegati Part-Time 


Il-paga minima nazzjonali ta' impjegati part-time għandha tiġi kkalkulata pro-rata bl-istess rata fis-siegħa ta’ impjegat whole-time komparabbli skont l-Ordni li Tirregola l-Pagi (WRO). F'każijiet fejn 
il-WRO ma tkunx applikabbli, il-pro-rata tiġi kkalkulata permezz  tal-użu tal-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa applikabbli għal impjegat whole-time komparabbli, diviża b’erbgħin.

 

Fejn tapplika l-WRO: 

Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta' impjegat whole-time komparabbli skont il-WRO applikabbli /
Sigħat fil-ġimgħa ta’ xogħol ta' impjegat whole-time skont 
il-WRO applikabbli


Fejn 
il-WRO ma tapplikax:

Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta' impjegat whole-time komparabbli  / 40

 

*Impjegati part-time huma intitolati għaż-żidiet mandatorji fuq il-Paga Minima Nazzjonali hekk kif maqbul bejn l-Imsieħba Soċjali fit-28 ta April 2017 fuq bażi pro-rata u bl-istess metodoloġija kif inhi spjegata hawn fuq.

Il-paga minima rilevanti tista' tkun determinata mill-attività ekonomika tal-impriża kif stipulat fil-WRO applikabbli. L-informazzjoni provduta hija intenzjonata għall-informazzjoni ġenerali biss. Id-DIER ippubblika "Resource Pack" li fih jiġbor informazzjoni dwar il-pagi minimi settorjali applikabbli u drittijiet oħra. Tista' tniżżel il-kopja tiegħek billi tikklikja HAWN​.

Jekk teħtieġ aktar dettalji sabiex tkun taf taħt liema settur hija kklassifikata l-organizzazzjoni tiegħek, inti ġentilment mitlub/a tagħmel kuntatt mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.

​​


Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl- 21/01/2020.

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email