Rati ta' Paga

Rati ta' Paga


Fejn id-dmirijiet imwettqa huma l-istess, l-impjegati huma intitolati għall-istess rata ta' paga. Rati differenti ta' ħlas jistgħu japplikaw biss jekk dawn ikunu bbażati skont l-ammonti ta’ tul tas-servizz differenti li huma riflessi taħt skali tas-salarju differenti, żidiet annwali jew kundizzjonijiet oħra tal-impieg, sakemm it-tali skali tas-salarji jkollhom massimu li jintlaħaq f’perjodu ta' żmien speċifikat.

 
Jekk impjegat ibiddel minn xogħol part-time għal xogħol full-time jew viċe versa, u jżomm l-istess dmirijiet, ir-rata ta' paga m'għandhiex titnaqqas. Iżda, jekk ikun hemm qbil li d-dmirijiet relatati jiġu mibdula, jistgħu japplikaw kondizzjonijiet ġodda inklużi r-rati differenti ta' paga.
 
Jekk impjegat jintbagħat għat-taħriġ barra l-ħin tal-qadi ta’ dmirijietu u t-taħriġ ikun obbligatorju, il-prinċipal għandu jittratta dak il-perjodu bħala ħin tax-xogħol u jħallas skont ir-rata applikabbli.

​Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl-19/12/2018.