Ħafna mis-setturi għandhom ir-rati minimi tas-sahra tagħhom regolati mill-
Ordni li Tirregola l-Pagi (WRO) rispettiv, li jirregola l-attività tax-xogħol tagħhom. Impjegati illi r-rata ta’ sahra tagħhom mhijiex koperta b’Ordni
tal-Kunsill tal-Pagi biex jirregola l-Pagi għandu jitħallas darba u nofs ir-rata normali għal xogħol maħdum li jaqbeż l-erbgħin siegħa fil-ġimgħa, medjat fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat jew fuq iċ-ċiklu tax-xift skont id-diskrezzjoni tal-prinċipal.
Ħlas ta’ Sahra bħala parti minn Pakkett tal-Paga
Pakketti ta' pagi li jinkludu ammont mhux magħruf ta' sahra mhumiex konformi mar-
Regolamenti dwar Informazzjoni lill-Impjegati, li fihom hemm speċifikat li l-prinċipal irid jinforma lill-impjegat dwar il-ħlas tar-rati normali tal-pagi u s-sigħat normali ta' xogħol.
Kuntratt ta' impieg jista', apparti milli jispeċifika kemm hi l-paga bażika, jinkludi wkoll klawżola li tispeċifika li l-allowance ta' "X" euro titħallas fir-rigward ta' mhux aktar min-numru "Y" ta' sigħat maħduma addizzjonalment għall-ġimgħa tax-xogħol normali”. Tali sahra tista’ taqbeż 8 sigħat f'ġimgħa partikolari, sakemm fuq medja, ma jinqabiżx il-massimu ta' 48 siegħa.
Dritt għar-rifjut tas-Sahra
Impjegat li jagħżel li ma jagħtix il-kunsens tiegħu biex jaħdem aktar minn medja ta' 48 siegħa fil-ġimgħa ma jistax jiġi mitlub jagħmel lil hinn mit-tali medja. Minn naħa l-oħra, il-prinċipal jista' jobbliga impjegat li jaħdem bis-sahra:
(1) meta s-sigħat totali ta' xogħol ma jaqbżux il-medja ta' 48 siegħa fil-ġimgħa, u
(2) meta impjegat jagħti l-kunsens bil-miktub tiegħu biex jaħdem aktar minn din il-medja.
Huwa importanti li jiġi innutat, illi skont
ir-regolamenti dwar il-Ħarsien tal-Maternità (Impieg) minkejja kull dispożizzjoni kuntrarja f’xi liġi oħra, regolament, ordni, ftehim kollettiv jew f’xi kuntratt ta’ servizz, impjegati ma jistgħux jiġu mġiegħla jaħdmu sahra:
(b) għal perjodu ta’ tnax-il xahar mit-twelid tal-wild tiegħu jew tagħha jew mid-data effettiva tal adozzjoni tat-tifel jew tifla tiegħu jew tagħha:
Dan id-dritt ma għandux ikun wieħed trasferibbli.