Impjieg Full-Time b’Sigħat Imnaqqsa

Impjieg Full-Time b’Sigħat Imnaqqsa


​Impjieg full-time b’sigħat imnaqqsa huwa impjieg li fir-rigward tiegħu jkunu pagabbli kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u meta impjegat jiftiehem u jaqbel mal-prinċipal biex jaħdem sigħat anqas minn dawk maħduma minn impjegat full-time komparabbli. F’dawn il-każijiet, il-liġi tgħid li l-paga u intitolamenti oħra jridu jingħataw fuq bażi pro-rata, jiġifieri, proporzjonalment. Qabel ma wieħed jilħaq dan il-ftehim, wieħed irid jistabbilixxi minn qabel il-kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli f’impjieg full-time.

​Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fl-10/04/2018.