Ħlas ta’ pagi pendenti
Mingħajr preġudizzju għal dak li jista’ jkun dovut bil-liġi relatata man-notice, l-impjegat hu intitolat li jitħallas għal kull benefiċċju, fuq bażi proporzjonata skont il-perjodu ta’ impieg, inkluż pagi, sahra, leave, bonuses eċċ dovuti fid-data tat-tmiem tal-impieg. Kull bilanċ ta’ pagi għandu jitħallas mad-data li fiha jitħallsu l-pagi li tkun tmiss wara t-tmiem tal-impieg. L-impjegat li ma jiġix imħallas tax-xogħol li jkun għamel, għandu jiġbed minnufih l-attenzjoni ta’ min qed iħaddmu. Jekk il-prinċipal jibqa’ ma joħroġx il-paga l-impjegat jista’ jirrapporta dan in-nuqqas lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex b’hekk jieħu azzjoni minnufih.
Importanti
Meta jiġi biex jagħmel rapport dwar dan in-nuqqas, l-impjegat għandu jġib miegħu d-dokumenti kollha relatati mal-każ fosthom: il-kuntratt tax-xogħol, l-FS3, slips tal-pagi, iI-formola tal-Jobsplus taI-ingaġġ u fejn japplika l-formola ta’ Temm ta’ Servizz; prova tal-ħlas (trasferimenti bankarji, kopji taċ-ċekkijiet li ġew imsarrfa); timesheets; rekords tal-vacation u sick leave, u kwalunkwe dokument ieħor relatat ma' dak il-perjodu partikolari ta 'impjieg.