1. X’ inhi r-
raġuni għaliex ġie stabbilit l- Fond tal- Ħlas għall-Leave tal-Maternita’, u
kif ser jiġi emendat sabiex jirrifletti l- intitolamenti tal- Bilanċ bejn ix-
Xogħol u l- Ħajja privata ?
F’ Lulju tal- 2015, ġie stabbilit l-Fond tal-Ħlas
għall-Leave tal-Maternita, u l- imgħallma li kienu jimpjegaw nisa tqal u
ħallsuhom l- erbatax- il ġimgħa tal- leave tal- maternità, setgħu jiġu
kkumpensati ta’ dawn il- pagi f’ dan il- perjodu.
Dan għen sabiex jiġi eliminati diskriminazzjoni li setgħu
iseħħu kontra n- nisa peress li kull min iħaddem iħallas kontribuzzjoni minima
fuq kull impjegat irrispettivament mis- sess, sabiex jitneħħa kull diżinċentiv
li jwassal imgħallem jimpjega raġel flok mara. Għalhekk, il- kriterja sabiex
jintgħażel impjegat huma bbażati fuq il- ħiliey individwali tal- kandidat.
Il- Fond għall- Ħlas huwa użat ukoll sabiex jiġi ikkumpensat
il- leave tal- adozzjoni, skont l-Ordni Dwar Standard Nazzjonali Dwar il-Leave
tal-Adozzjoni.
Mit- 2 t’ Awwissu, dan il- Fond għall- Ħlas kien aġġustat
sabiex jinkludi l- emendi l- ġodda tal- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
li ġew fis- seħħ bl- Avviż Legali 201 tal- 2022. Għalhekk, Fond tal- Ħlas
għall-Leave tal-Maternita’ ġie aġġustat sabiex jinkludi l- kumpens tal- pagi
tal- leave tal- paternità u tal- ġenituri f’ każijiet ta’ twelid jew adozzjoni,
u fil- każ tal- benefiċċji tal- ġenituri, dan ġie estiż għall- każijiet ta’
fostering ukoll. Għal iktar informazzjoni fuq dawn il- benefiċċji żur hawnhekk.
2. Din ir-riforma
ġabet xi pagament żejjed fil-kontribuzzjoni mill-impjegat?
Dan mhux il-każ. L-ebda impjegat ma jħallas l-ebda
kontribuzzjoni għal din is-sistema.
3. Kif isir il-ħlas
mill-prinċipal għal din is-sistema?
L-Għaxar Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiddetermina
l-kontribuzzjoni dovuta minn kull min iħaddem għal kull wieħed mill-impjegati
tiegħu / tagħha. Din il-kontribuzzjoni tidħol f'fond speċjali, li eventwalment
jintuża biex tirrimborża lil min iħaddem li jħallas impjegati fuq leave
tal-maternita’. Biex ikun assigurat li din il-kontribuzzjoni hija mmirata għal
dan il-għan, linja ġdida tidher fil-formola ta’ ritorn ta' kull xahar li min
iħaddem jibgħat lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dan jindika l-ammont li min
iħaddem ħallas għal dan il-fond speċjali.
4. Min jikkontrolla
l-pagamenti ta' dan il-fond?
Sabiex ikun hemm trasparenza assoluta, il-Bord tal-Fond huwa
magħmul minn tliet membri li jirrappreżentaw lil min iħaddem u membru wieħed li
jirrappreżenta lill-Unions. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru
għall-Finanzi u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli
għar-Relazzjonijiet Industrijali huma membri ex officio. Il-Bord jiżgura li min
iħaddem iħallas il-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu u li minn żmien għal żmien tiġi riveduta r-rata
tal-kontribuzzjoni kif meħtieġ.
5. X'inhi r-rata
tal-kontribuzzjoni?
Meta din il-miżura ġiet introdotta, il-Ministeru tal-Finanzi
għamel analiżi fil-fond tar-rata tat-tqala u tan-numru ta’ nisa li japplikaw
għall-leave tal-maternità; ir-rata ta ’fertilità; il-pagi u s-salarji li kienu
qed jitħallsu lill-impjegati nisa li jibbenefikaw minn dan il-leave u l-ammont
totali ta’ impjegati li jinkludu kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa. Dan
l-eżerċizzju sar biss fost impjegati tas-settur privat. Minn din l-analiżi, ġie
stabbilit li r-rata tal-kontribuzzjoni kellha tkun dik ta’ punt żero tlieta
fil-mija (0.3%) tas-salarju bażiku. Din ir-rata ta' kontribuzzjoni tista’ tiġi
riveduta.
6. X'jiġri jekk min
iħaddem ma jħallasx il-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu / tagħha?
Filwaqt li dawk li jħaddmu huma marbuta li jħallsu lil dawk
li japplikaw għall-leave tal-maternità, l-ebda rimborż ma jitħallas jekk
jirriżulta li l-kontribuzzjonijiet tal-paga fil-fatt ma tħallsux. Barra minn
hekk, min iħaddem huwa soġġett għal pieni u multi skont id-dispożizzjoni
tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
7. Dan ifisser li
s-settur privat qed iħallas għal dawk l-individwi tas-settur pubbliku li
japplikaw għall-leave tal-maternità?
Dan il-fond jintuża biss biex isostni s-sistema
għall-impjegati tas-settur privat BISS. Il-Gvern kompla jħallas
il-kontribuzzjonijiet kollha meħtieġa għal dawk in-nisa li japplikaw għal-leave
tal-maternità. Barra minn hekk, il-Gvern kompla jħallas għal dawk il-ġimgħat ta’
leave li mara hija intitolata’ l fuq mill-erbatax-il ġimgħa msemmija hawn fuq.
Dan il-ħlas isir lill-impjegati kollha irrispettivament jekk in-nisa huma
impjegati fis-settur pubbliku jew privat.
8. Is this
contribution paid for part-time employees whose social security contribution is
not incurred in view of their being in another full-time employment?
Yes. The Employment and Industrial Relations Act and the
Part Time Employees Regulations highlight the right that part-time employees
have these types of leave paid on a pro-rata basis. This means that employers
can apply for a reimbursement for this payment once the corresponding
contribution is paid.
9. Min jista'
jipprovdi aktar informazzjoni dwar kif tippreżenta talba?
Jekk jogħġbok ibgħat kwalunkwe mistoqsija dwar ħlasijiet taħt il-work life balance fund lil dan l-indirizz elettroniku: worklifebalancefund@gov.mt
F'każ ta' mistoqsijiet ġenerali oħra fir-rigward tal-avviż legali dwar il-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata jekk jogħġbok uża l-informazzjoni ta' kuntatt li ġejja:
Freephones 1575 (Impjegati) / 1576 (Min Iħaddem)
Indirizz elettroniku: info.dier@gov.mt
Linji Gwida għal min Iħaddem biex jimlew il- formoli onlajn
• Formolatal- Fond għall- Ħlas tal- leave tal- Maternità
• Formolatal- Fond għall- Ħlas tal- leave tal- Ġenituri/Adozzjoni
• Formolatal- Fond għall- Ħlas tal- leave tal- Paternità/Paternità-Adozzjoni
• Formolatal- Fond għall- Ħlas tal- leave tal- Fostering